Il-poplu Malti hu affrontat b’fatti u mhux allegazzjonijiet fil-każ ta’ abbużi fis-servizzi soċjali.
Minn Edwin Vassallo
Kemm ser indumu naħbu l-verita’ u nistkennu taħt l-umbrella tad-diżonesta’ meta l-Prim Ministru jirreferi għall-alleggat skandlu tal-frodi tal-għajnuna soċjali? Mela filwaqt li l-Prim Ministru jibqa’ komdu jitkellem fuq “allegazzjonijiet” meta jirreferi għall-allegat skandlu tal- frodi tal-għajnuniet soċjali u jgħid li bħala Prim Ministru f’Kastilja, huwa talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga. Fl-istess waqt, bi kliemu jibda jwassal lill-poplu biex jemmen il-konklużjonijiet tiegħu.
Jekk dawn huma allegazzjonijiet, allura Sur Prim Ministru ma titkellimx dwar il-każ daqs li kieku ċert li Kastilja hija bla ħtija. Jekk dawn huma għalik “allegazzjonijiet”, ma tasalx għall-konklużjonijiet li l-Partit Laburista huwa bla ħtija u l-Partit Nazzjonalista huwa l-ħati.
Meta l-politiku jaħrab mill-onesta’ jkun qed jilgħab fl-għalqa tal-arroganza u hija din l-arroganza li tnibbet il-korruzzjoni. Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser. Ix-xiri tal-voti huwa mod kif min iwettqu jkun qed jagħmel att ta’ suppressjoni li tfisser ħakma inġusta fuq poplu fejn l-awtorita’, f’dan il-kas il-gvern, ikun qed juża flus il-poplu għall-gwadann tiegħu stess. Din inġusta.

Allura, Sur Vassallo, inti veru tal-fehma li fuq verita’ ma jkunx hemm bini ieħor ta’ xebgħa allegazzjonijiet biex iżejnu l-istorja? Il-PM ma ċaħadtx li hemm skandlu ta’ serq minn fuq is-servizzi soċjali. Li ċaħad hu biss li kien hemm ħadd mill-uffiċċju tiegħu li kien involut fl-iskandlu. Qal ukoll li saqsa lil kull membru tal-parlament u dawn qalulu li ħadd minnhom ma huwa involut fl-iskandlu, la qabel u lanqas fil-present. Issa jekk xi ħadd għada pitgħada joħroġ li kien involut dak mhux tort tal-PM għax il-politiku jkun li gideb lil mexxej meta għamillu l-mistoqsija. L-PM meta mistoqsi fuq l-politiku involut qal li fuq dak ħa passi mill-ewwel u li dak għadu jiġi investigat. Ovvja din meta għad hemm tant nies li gawdew taħt forma jew oħra mill-iskema għadhom iridu jiġu nvestigati.
Int, Sur Vassallo, ta’ nazzjonalist konvint li għadek u li ser tibqa’, għamilt bħal Bernard Grech, jaf li hemm affarijiet għaddejjin skont il-proċeduri li jieħdu it-tul għax il-qorti provi ċari trid tieħu, imma le, dawk ma jsemmihomx għax ma jaqbilx għall-għan aħħari, allura jaqbad u jfajjar akkużi addoċċ basta forsi jilħaq l-għan ta’ l-aġenda tiegħu li hu li jgħamel li jgħamel ħsara kemm jista’ lil gvern fuq dan l-iskandlu.
Int, Sur Vassallo għintu biċċa lil Bernard b’dan l-artikolu. Fuq kollox bħal ma qiegħdin jgħamlu xi 130 ġurnalisti oħrajn lil tant għandhom għal qalbhom li jeżisti l-partit tal-Labour.
Falsifikazzjoni ta’ mijiet ta’ firem ta’ ħafna professjonisti. Frodi. Serq ta’ flus il-poplu. Xiri ta’ voti għal-Labour. Kriminalità organizzata ġol-ministeri. Il-Prim Ministru jaħbi l-każ għal sentejn sħaħ. U ma jitressaq ħadd. Dan x’pajjiż sirna?
Il-Prim Ministru ha l-azzjonijiet li kellu jiehu. Ma serva ta’ tarka ghal hadd. Qed ihalli lil min hu responsabbli jahdem fis-sereneta’. Min qed iparla hafna jaghtik l-impressjoni li ghandu xi taghrif jaghmlu pubbliku. Min abbuza jhallas. Kbir jew zghir . Il-preskrizzjoni ghandha titnehha. U f’gieh Alla ma naghtux l-impressjoni li affarijiet bhal dawn ma grawx qabel jew li ma ghadx jergghu jsiru.
‘
Kont sa nibda naqra . Izda meta rajt li il kitba mhux tieghek…. rega bdieli….. u. Hassart kollox
Ghalkemm jien u s-Sur Vassallo m’ahniex kif jghidu fuq l-istess wavelength insellimlu ghax dejjem emmint li kellu intenzjonijiet tajba. Il-politika ghalih ma kinitx biex jakkwista. Spicca bhal Mifsud Bonnici li ssawwat fil-Hamrun. IsSur Vassallo fil-mira ta’ dawk li kienu shabu fuq il-mezzi socjali. Sahhiet Sur Vassallo.
Nixtieq nistaqsi il ghala il membri parlamentari jkollhom ufficju biex jiltaqaw mall kostitwenti??
Tghid mhux buex jghidu kelma…
Mhuux pjaciri jkunu qed jistennew..
What a mess.
Forgery of so many doctors’ signatures could only have been done within government.
Robert Abela tried to keep crime in his ministries under wraps. This is not only fraud, but vote buying and a huge insult to disabled people.
We don’t really need confirmation, but it’s obvious that a criminal organisation has taken over the government of Malta.
Demanzer ghadek zghir nisthajlek. Tibzax, tikber u titghallem. In-nies imorru ghand id-deputati biex isubulhom job ghal xi familjari, jiksbu xi appartament tal Gvern, tinhafrilhom xi multa, iqabbzu l-queu ta’ xi appuntament u jistaqsu kif ma jhallsux it taxxa. Id deputati imorru ghand min ihaddem, sidien ta lukandi, negozjanti biex jissodisfaw lin nies u biex jiksbu flus u xi sala ghall uzu tal partit.
Konvint li l-abbużi ilhom għaddejjin u mhux illum biss. Donnu li f’dan il-pajjiż kulħadd jitkellem skont l-għammad politiku tiegħu. Il-ħażin jibqa’ ħażin għamlu min jagħmlu. Hija s-sistema ta’ klijentaliżmu tagħna li qed iġġib dan kollu u politiċi li lesti jbiegħu ruħhom għall-voti!!!
Il bosk b hadbu jinharaq