L-inġustizzja fil-penzjonijiet ma’ dawk li twieldu qabel l-1962 trid tissewwa.

Minn osservatur politiku.

Iż-żewġ partiti l-kbar kellhom subgħajhom imbill fil-fonti ta’ diskriminazzjoni fis-settur tal-pensjonijiet. Matul is-snin u eżattament fl-2006 jew 2007 il-Gvern Nazzjonalista kien għamel din ir-riforma fuq il-pensjonijiet. Il-Gvern Laburista ta’ wara kien implimenta. Mela t-tnejn kienu nvoluti f’din l-inġustizzja.

Għax huwa diffiċli biex wieħed jaċċetta l-fatt li llum fl-2023, għandek pensjonanti li twieldu qabel 1961 li jieħdu €300 (kull erba’ ġimgħat) inqas minn dawk il-pensjonanti li twieldu fl-1962 jew wara. Dawn huma pensjonanti li matul is-snin għixu fl-istess pajjiż, xtraw l-istess bżonnijiet u nefqu flus fl-istess ħwienet. Mela kif jista’ jkun li sal-lum għadha teżisti din id-diskriminazzjoni.

X’tort għandhom dawk il-pensjonanti li twieldu qabel fl-1961 jew qabel? Issa qed jingħad li din ir-riforma ser terġa’ tiġi studjata jew iċċekkjata. Imma meta ser isir dan l-eżerċizzju? Ma jistax ikun li fiż-żminijiet tal-lum hemm pensjonanti li jibqgħu jieħdu flus f’idejhom inqas, dan kollu għax għandhom iżjed età. Imma dawn xorta ħadmu għall-pensjoni tagħhom. Xorta ħallsu kemm kienu obbligati jħallsu. Allura għalfejn din id-differenza?

Minn dak rapurtat hemm mad-90,000 li qed jintlaqtu minn din id-diskrimanazzjoni. Mela issa la din l-istorja reġgħet sabet ruħha fuq l-aġenda nazzjonali x’ser jagħmel il-Gvern biex inaddaf din l-inġustizzja? Ma tantx għadna smajna wisq diskors minn naħa tal-awtoritajiet tal-Gvern dwar din il-kwistjoni. Lanqas il-politiċi, speċjalment fuq in-naħa tal-Gvern, ma tantx tawha importanza. Imma din xi ħaġa urġenti għax il-pensjonant illum qed jgħix u llum għandu bżonn dawk il-flejjes li jidhru li huma tiegħu bi dritt.

Nisperaw li meta jinqara l-budget tas-sena d-dieħla nisimgħu li l-Gvern beda jirranġa din l-anomalija. Huwa ż-żmien idoneu li din l-inġustizzja titwarrab u tibda ssir ġustizzja li ilha dovuta għal diversi snin.

3 thoughts on “L-inġustizzja fil-penzjonijiet ma’ dawk li twieldu qabel l-1962 trid tissewwa.

  1. Ma hemm l-ebda anomalija fil-pensjoni taż-żewġ terzi.

    Il-pensjoni taż-żewġ terzi hi kontributorja, jiġifieri tiddependi fuq kemm tkun ħallast bolla.

    Dawk li twieldu qabel l-1962 ħallsu intar bolla (għax is-celing kien baxx) għal tul inqas ta’ snin (35 sena).

    Dawk li twieldu wara l-1962 kellhom iħallsu iktar bolla (għax is-celing kien żdied) għal tul iktar ta’ snin (40 sena).

    Bħal kull fond tal-pensjonijiet madwar id-dinja, tieħu daqskemm tkun ħallast. L-anomalija tkun kieku kellha tiddaħħal sistema li biha min ħallas iktar jieħu daqs min ħallas inqas.

    1. U jekk bhali twelidt fil 1951…dejjem hallast il bolla full..bqajt inhallas il bolla sa 65 sena ( minghajr ma thallast ghal sick leave ghax kont niehu l penzjoni) ghadni nahdem u inhallas income tax Alla jbierek u hallast il bolla ghal 44 sena…tista tghidli ghaliex ghandu jkolli xi haga iinqas…
      Din fuq nota personali… fuq nota pulitka inkun cuc jekk nivvota lil PN u PL li ma jemmnux fil gustizzja socjali u jhallu lilna li twelidna qabel il 1962 stmati bhala tat tielet klassi….ghax kulhadd bhali hallasna dak li geghluna inhallsu…

      1. Jekk inti twelidt fl-1951 il-bolla tiegħek kellha ceiling li kien baxx u allura inti ħallast inqas bolla.

        Il-pensjoni taż-żewġ terzi tinħadem fuq il-bolla li inti ħallast. Jekk dejjem kien sa minn meta saret fl-1979.

        Meta saret ir-riforma għola s-ceiling u allura dawk li twieldu warajk ħallsu iżjed f’bolla. Kif ukoll bdew jirtiraw iktar tard, issa ta’ 65.

        Il-benefiċċji kontributorji isimhom magħhom, tieħu skont kemm tkun ikkontribwejt.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *