Il-Pulizija ġabru lil dak li l-bieraħ kien protagonista ta’ spettaklu sesswali b’xejn waqt li lill-barman ħadulu l-bar.
Ilbieraħ ġewwa Ħal Luqa seħħ spettaklu sesswali. Dan is-sit jinsab infurmat li l-pulizija ghadhom kemm ġabru lir-raġel li kien involut, u magħruf bl-isem ta’ Feliċ. Dan is-sit jixtieq jiġbed l-attenzjoni li din il-persuna hija vulnerabbli. Fuq kollox, dan is-sit jinsab ukoll infurmat li l-barman ħaduhu l-bar. Il-bar fejn seħħet l-istorja huwa fil-fatt post ta’ club sportiv ġewwa Ħal Luqa.
