Jista’ Matthew Vella jinvestiga jekk hux veru li Beppe Fenech Adami kien il-mistieden tal-gvern tal-Azerbaijan u dan ħallaslu żjara d-ddoqq il-fjokki b’xejn f’dan il-pajjiż?
Il-Kumitat tal-Parlament tal-Foreign and European Affairs kellu laqgħa din il-ġimgħa mar-rappreżentant tal-Azerbaijan, Elchin Amarbayov. Beppe Fenech Adami kien għal din il-laqgħa jirrapreżenta lill-Partit Nazzjonalista. Hu l-kelliemi tal-affarijiet barranin għall-Partit Nazzjonalista. Jidher li Fenech Adami kellu ħafna mistoqsijiet ta’ kjarifika x’jagħmel u sostna li r-rappreżentant tal-Azerbaijan ried jiċċara l-politika ta’ pajjiżu.

Imma Beppe Fenech Adami mid-dehra nesa li ftit taż-żmien ilu kien mar l-Azerbaijan fuq żjara uffiċjali. Ara lilu ħadd mill-ġurnalisti ma staqsih min ħallsulu din il-holiday gwappa fl-Azerbaijan. Fuq kollox, meta ġie lura ma qalilniex jekk f’din iż-żjara staqsiex lill-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż biex jiċċarawlu l-politika tagħhom. Fl-Azerbaijan, mid-dehra qagħad kwiet u gawda mill-programm li l-awtoritajiet ta’ hemmhekk lestewlu. Kien programm idoqq il-fjokki.
Kien biss f’din il-laqgħa li għamel ħafna mistoqsijiet antipatiċi lir-rappreżentant tal-Azerbaijan biex jidher sabiħ u Matthew Vella jiktiblu storja kemm hu favur il-gay rights u kontra l-korruzzjoni. Vella jgħidilna li Fenech Adami sfida lir-rappreżentant biex jispjega x’inhi l-pożizzjoni tagħhom fuq id-demokrazija u l-gay rights. Allura jekk Beppe Fenech Adami hu daqshekk favur il-gay rights, ara joqgħod idur il-festi, fosthom ta’ Santa Liena u tas-Salvatur meta f’dawn il-parroċċi hemm qassisin li kienu voċiferi fuq numru ta’ issues marbuta mal-ġeneru? Verament bniedem ipokrita tal-ewwel grad!
Beppe Fenech ried ikun jaf x’inhi l-pożizzjoni tal-Azerbaijan fuq il-kumpanija SOCAR li qiegħda mdaħħla fil-konsortium tal-Electrogas. Fenech Adami kompla jagħfas lir-rappreżentant meta qallu li jaf dwar il-kontraversja li qajjem il-kuntratt mal-Electrogas. Qallu li jaf ukoll li l-kumitat tal-parlament tal-kontijiet pubbliċi għaddej janalizza dak il-kuntratt. Ir-rappreżentant qallu li hu ma għandux għalfejn jikkummenta fuq affarijiet interni ta’ pajjiżna.
Fil-fatt ir-rappreżentant fisser li għandu tifħir lejn SOCAR li żammet il-preżżijiet tal-gas stabbli. Kompla jgħid li hu jinsab kuntent li is-SOCAR żammet il-provista tal-gas lejn Malta garantita. Fil-fatt huwa kompla li minħabba dawn l-arranġamenti, il-prezz tal-enerġija naqas b’mod drastiku hawn Malta li huwa rikonoxxut mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Fenech Adami staqsa wkoll dwar il-partiti politiċi ġewwa Azerbaijan. Dan għaliex skond Fenech Adami l-pajjjiż qed jirregola lill-partiti politiċi. U għalhekk jista’ jfisser li diversi partiti politiċi fl-oppożizzjoni jistgħu jiġu estinti. Fil-fatt tliet partiti politiċi fl-oppożizzjoni ma tħallewx jirreġistraw mill-iStat u qed jiffaċċjaw il-possibilita’ li jkollhom ixolju.
Ir-rappreżentant tal-Azerbaijan irrisponda li qed japprezza li Fenech Adami jinteressah l-iżvilupp demokratiku ta’ pajjiżu. Huwa spjega li din il-liġi kienet diskussa ħafna bejn il-qawwiet politiċi fil-pajjiż. Huwa qal li jippretendi li kulħadd jirrispetta s-sovranita’ tal-parlament tal- Azerbaijan li għandu jiżviluppa l-ħajja politika nterna tal-Gvern.
U hawn tkompli toħroġ l-ipokreżija ta’ Beppe Fenech Adami. Dan wieħed li ħadem fil-Partit Nazzjonalista biex ikissir u jagħlaq ħalq l-ilħna konservattivi u ma ħallihomx jinghataw pjattaforma fil-Partit Nazzjonalista għaliex irid li l-PN ikun partit liberali. Fuq kollox, wieħed għandu jistaqsi lil Beppe Fenech Adami, hu x’qatt għamel biex jgħin lill-partiti ż-żgħar f’Malta jidħlu fil-parlament? Xejn.
Għalhekk wieħed jistenna li l-ġurnalisti jistaqsu jekk meta Beppe Fenech Adami mar l-Azerbaijan, ħallasx minn butu, jew ħallasx kollox l-istat tal-Azerbaijan. Ara biex mar l-Azerbaijan ma kienx jimporta li dan il-pajjiż ma jorganiżżax gay prides. Fuq kollox, Matthew Vella ta-Malta Today li tana din l-istorja u dan l-att kuraġġuż ta’ Beppe Fenech Adami kontra omnipotenza tal-Azerbaijan, għandu jagħmel ftit investigazzjoni fuq min ħallas għal dan il-vjaġġ u holiday idoqq l-iskotti.

Jien ma nimmaġinax li Beppe Fenech Adami mar l-Azerbaijan u ħallas minn butu. Dak li hu żgur li biex mar l-Azerbaijan ma kellu l-ebda problema jew kien skandalizzat bis-Socar. Fuq kollox, hu fatt magħruf li s-Socar hija waħda mill-intrapriżi ta’ dan il-pajjiż li tiffinanzja żjajjar b’xejn ta’ politiċi u nies oħra distinti fl-Azerbaijan. Għalhekk hu importanti li Beppe Fenech Adami jgħidilna jekk meta mar l-Azerbaijan marx min butu jew jekk din iż-żjara kienetx imħallsa minn dan l-istat “korrott” u “anti-gay rights” tal-Azerbaijan.
What you not undertand about official visits? Stupid.