Skema li ffrodat lill-gvern miljuni ta’ ewro fis-sena
Minn osservatur politiku
Il-Ministru Michael Falzon s’issa qalilna li kien hemm 141 persuna li tressqu l-Qorti fuq frodu ta’ benefiċji tad-diżabilita’ severa. Mela l-frosta ma ċaqċqitx għalxejn meta xxandar dan l-iskandlu mal-erba’ tirjieħ ta’ pajjiżna.
Skont l-istess Ministru dawn iffrodaw €2.1 miljun. Mela jekk 141 persuna iffrodaw miljuni, kemm hija eżatt is-somma li ġiet iffrodata f’din il-ħadma pulita li welled il-Gvern Laburista? Qed jissemmgħu mat-800 persuna li ffrodaw lill-gvern.
Kull persuna li kienet meqjusa bħala benefiċjarja ta’ din l-iskema fażulla qed jeħlu ammonti kbar ta’ flus. Hemm minn qed jiġi ordnat jirritorna s-somma ta’ €11,000 imma hemm min is-somma titlgħalu mal-€25,000. Min għandu dawn l-ammonti bil-fors li kien minn ta’ quddiem li daħħal fil-but, meta mhux suppost, mal-€450 fix-xahar.
Il-Ministru qalilna li s’issa nġabret is-somma ta’ €330,000. Għad fadal x’jaqdfu biex tinġabar is-somma kollha lura. Imma ara xi straġi ta’ skema. Dawk il-benefiċjarji fażulli qed ikollhom jagħtu lura dak kollu li tħallsu b’mod illegali. Imma possibbli dawn ma kienux jafu li huma ma għandhomx diżabilita’ severa fil-familja tagħhom? Possibbli tista’ toqgħod b’moħħok frisk meta taf li qed tieħu flus tal-Gvern li m’intiex intitolat għalihom.
Imma minn banda l-oħra min jaf min offriehomlom, kemm serħilhom moħħhom li dan kollox kif suppost u ma kellhomx għalfejn jinkwitaw. Issa wara li saret l-għafġa, kull benefiċjarju jrid jara kif ser jiġbor dawk il-flus biex jagħtihom lura li tista’ tkun xi ħaġa diffiċli ħafna. Hemm ħafna li jkunu għamlu użu minnhom dawn il-flus, u issa minn fejn ser iġibuhom?
S’issa nqabdu l-benefiċjarji li jistgħu jiġu kunsidrati bħala l-ħut iż-żgħir. Meta sejrin l-awtoritajiet iduru fuq il-ħut il-kbir? Hija faċli li wieħed jaqbad lill-benefiċjarji għax dawk qiegħdin elenkati għand id-dipartiment. Imma min webbel f’din l-iskema lil dawn il-benefiċjarji mhu imniżżel fuq ebda lista. Imma ismijiet qed jissemmgħu. Imma ismijiet qed joħorġu. Mela issa, meta dawn l-istess awtoritajiet li resqu mill-ewwel lill-benefiċjarji, ser jitħajjru jiġbdu widnejn li min qassam dawn il-flejjes.
Dawn flejjes misshom qatt ma waslu għand ħadd. Imma mid-dehra l-ħażen ta’ ftit individwi, anki jekk huma ftit, wassal biex welled din l-iskema fużulla li daħlet fix-xibka diversi nies li jistgħu jkunu nnoċenti u li ħadu dawn il-flus żejda għax ġew offruti lilhom fuq platt tal-fidda.
Il-Gvern iffroda lill-poplu.
Ministru KORROT iehor b passat mhux denju meta kien Ministru tal Lands! Kieku vera ragel, ghax hekk minghalih li hu, jirrizenja minnufih irrispettivament minn meta beda dan il frodi. Kultura tal hmieg u valuri kriminali basta tal Madonna ta Stella Maris. Isthi jekk taf kif!
Hu l-Labour li ffroda lin-nies li jħallsu t-taxxi biex jixtri l-voti. Mhux paraventi hemm bżonn imma ħabs għall-kriminali.
F’dan il-pajjiż stejjer dwar kif niesli jibbenefikaw minn servizzi soċjali li ma kienx ħaqqhom imorru lura diċenji. Nies li kienu jafu ben tajjeb għand min għandhom imorru biex jiġu ddikjarati nvalidati u wara jiġu boarded out u jikkwalifikaw għall-benefiċċji. Nies li jgħixu fl-istess dar mal-partners tagħhom u jiddikjaraw li huma single bit-tfal. Min jaf kemm hawn stejjer ta’ nies li b’xi mod sabu t-triq kif jikkwalifikaw. Ejja ma jkunux ippokriti u nitkellmu fuq xi każ partikolari bħal l-uniku u esklussiv!!