Kollox tort tal-Prim Ministru!

Minn osservatur politiku.

Imma mpossibbli li kull ma jagħmel il-Prim Ministru Malti huwa kollu ħażin? Ma jagħmilx waħda tajba dan il-bniedem? Possibbli moħħu biss biex jagħmel il-ħsara lil pajjiżu?

Kull darba li jitkellem Bernard Grech qed ilissen tgħajjir lill-Prim Ministru li hu maqtugħ mir-realta’ u li qed jabbanduna lil pajjiżu. Qed jgħidilna li Robert Abela tilef kull sens ta’ direzzjoni u qed jgħarraq is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna ħafna iktar minn meta tgħarrqet qabel dan iż-żmien. Saħanistra jgħidlu li ma għandu ebda pjan għal pajjiżna u spiċċa bla ideat.

Xi ħaġa oħra li ffissa li jgħid Bernard Grech hija li Robert Abela qatt ma jwaħħal fih innifsu imma dejjem isib f’min iwaħħal u f’min jitfa’ t-tort. Issa anke l-kliem li qal Bilocca tal-Wasteserve huwa tort tal-Prim Ministru. Nistgħu naslu agħar minn hekk, għax il-Prim Ministru suppost jagħlaq ħalq kulħadd u ma jħalli lil ħadd jippronunċja ruħu.

Bernard Grech qed jixli lill-Prim Ministru li rdoppja l-popolazzjoni f’pajjiżna. Issa dan kulħadd jaf li mhux veru. Allura għalfejn juża dan il-kliem Bernard Grech meta jaf li nhux jgħid il-verita’. Skond Bernard Grech il-Gvern mhux biss falla fuq livell nazzjonali imma anke fuq livell lokali għaliex irnexxielu ineħħi diversi responsabilitajiet minn għand il-Kunsilli Lokali u skont Grech b’deċiżjonijiet bħal dawn kompla jirreduċi l-affarijiet aktar agħar.

Bernard Grech kompla jsostni li Robert Abela falla f’kollox, f’kull ma ipprova jagħmel u f’kull ma jaħseb u jiddeċidi. U huwa għalhekk skont Bernard Grech li Malta għandha bżonn Gvern alternattiv. Għax il-Gvern ta’ Robert Abela ħlief frejjeġ mhux qed jagħmel. Skond Bernard Grech il-Partit Nazzjonalista għandu pjan għal kollox. Imma jekk dan huwa veru, għalfejn ser jistenna erba’ snin oħra għal waqt il-kampanja tal-elezzjoni ġenerali li jmiss biex jgħidilna x’inhuma dawn il-pjanijiet. Ikun ta’ ħafna iżjed ġid għal Malta u Għawdex jekk il-Partit fl-Oppożizzjoni joħroġ l-ideat tiegħu fil-miftuħ għal ġid ta’ pajjiżna.

Huwa veru li Bernard Grech xogħolu hu li jikkritika lill-Gvern imma ma jistax ikun li kull ma nisimgħu li ħareġ mill-partit fil-Gvern huwa kollu ħażin jew ma jagħmilx sens. Ma jistax ikun li l-Oppożizzjoni tara kollox iswed. Jeżistu affarijiet li magħmulin bis-sens u mhux la kemm tikkritika kollox u kull ħin. Il-poplu ma jridx jisma’ kantaliena waħda imma jrid jiġi mmexxi minn affarijiet ġusti u b’direzzjoni ċara ħalli jitgħallem jiżen dak kollu li hu tajjeb u jikkritika dak kollu li hu ħażin.

3 thoughts on “Kollox tort tal-Prim Ministru!

  1. Nittama li taf Profs Mercieca li Bernard Grech jinsab bil-caravan fuq vaganza twila barra minn Malta. Nhar ta’ Hadd jaghmel kommunikat ta’ madwar kwarta bit-telefon ma’ Radio 101 u dak kollox. Gie Malta ghall-kuncert ta’ Rieu ghax kellu l-biljetti complimentary u rega telaq kif spicca l-kuncert ghall-holiday. Daqshekk qed ihabbel ghajnu Bernard Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *