Jista’ David Casa jiċċekkja ftit jekk hux veru dak li qed jingħad li ħabib intimu tiegħu u tar-Repubblichini kien jibgħat in-nies għand Silvio Griscti?
Ilbieraħ qrajna fil-media li d-deputat Nazzjonalista ġewwa l-Brussel, David Casa, sejjer jaħsel il-ħwejjeġ tal-Maltin barra. Minn barra l-fatt li din l-istorja ser tagħmel ħsara lill-Partit Nazzjonalista għaliex il-Maltin ma jieħdux gost b’dawn l-affarijiet, jista’ David Casa jiċċekkja ftit jekk qattx kien hemm xi wieħed mill-ħbieb tiegħu, li ġieli bagħat nies għand Silvio Griscti?
Qabel ma David Casa fetaħ ħalqu fuq din il-kwestjoni, il-Partit Nazzjonalista kien ġa beda jgawdi mir-rabja tan-nies kontra l-Gvern. Anke l-Laburisti bdew jgħidu li dawn l-affarijiet ma kienux sew. Bdew jgħidu li verament hemm is-serq taħt il-Labour. B’hekk bdew forsi jaħsbu li bil-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, ma kienx ser ikollna dan it-tip ta’ serq u nepotiżmu.
Iżda malli David Casa mar u qal li ser jieħu l-kwestjoni fil-Parlament Ewropew, in-nies mill-ewwel iddarrset għax ma tridx lil Malta taqa’ għaċ-ċajt barra. Kien f’dan il-kuntest, li dan is-sit irċieva messaġġ minn persuna mill-PN dwar persuna tar-rule of Law u ħabiba ta’ David Casa u talabni biex niċċekkja dwarha. Ġejt mitlub biex nistaqsi lil David Casa jekk hux veru li ħabib intimu tiegħu, li tgħajjat bil-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia, kienx jibgħat in-nies għand Silvio Griscti. Għalhekk qed nitlob lil David Casa, biex qabel joqgħod jgħajjat barra minn xtutna li f’Malta hawn il-korruzzjoni, jiċċekkja ftit dan il-fatt.
Imma l-Partit Nazzjonalista ma jitgħallem qatt. Il-lezzjoni baqa’ qatt ma ried jitgħallimha. Din hija strateġija ħażina. Dan hu dak li jnaffar lin-nies. Għalhekk il-PN qatt ma hu ser ikun fdat mill-poplu. David Casa ser ittellef lill-Partit Nazzjonalista mill-akkwisti saru f’Malta għaliex issa reġgħet inħolqot antipatija ġdida lejn il-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox, din l-istorja ta’ Griscti ser tkompli tikxef l-ipokrezija ta’ dan il-partit. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista hu ddestinat li jibqa’ fl-Oppożizzjoni.
Imma l-aqwa li David Casa jipprova jiġbor xi erba’ voti. Kull ma jrid huma 15,000 vot tal-elitisti biex jitla’ fil-Parlmanent Ewropew. Fi kliem ieħor, hu qed ifittex il-voti ta’ dawk li jaħsbu li huma jistgħu jitħanżru minn fuq flus il-gvern għax dak dritt u mhux pjaċir, imma ħaddieħor le.

Kuragg David, Malta il-pulizija u l-istituzjonijiet ma jahdmux, kissru
I’d demokrazija, kissru pajjiz u HALLELIN U MAFJUZI ! Hadd
ma jista jwaqqafhom u l uniku
mezz li jsalva lil popli huwa EU
minfejm jigu il miljuni u huma
jisirquhom ! Ovvja il-HALLIEL
ma jiehux gost tirraportah ?
Ghal giovanna qed tghid hallelin u mafjuzi?
And his partner spoke in favour of abortion too when it was proposed for Malta. In the Nationalist Party, the wolves come in sheep’s clothing and the Maltese Gahan votes for them.
This time Norman Lowell will get many votes from both parties.
Kif ma jitghallem qatt dan li sab post fil parlament ewropew b kumbinazjoni ! Kemm kellhu xi jressaq fil parlament ewropew imma il proverbju malti ma jafux.
SABIEX TISKONGRA TRID TKUN PUR.