X’ser jagħmel issa Bernard Grech, ser jirreżenja, wara li għal darba oħra mexa fuq l-aġenda ta’ Jason Azzopardi u issa rriżulta li ma kienx hemm serq ta’ voti?
F’dawn l-aħħar jiem smajna ħafna li sar tbagħbis fil-proċess elettorali. Intqal li hemm provi ċari li l-aħħar elezzjoni kienet imbagħbsa. Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Issa The Times qaltilna li l-Kummissarju tal-Pulizija ma sabx provi biex fuqhom jista’ jipproċedi fil-qorti f’dan il-każ. The Times qaltilna li l-pulizija kkuntattjat wieħed mill-avukati li għamlu r-rikors dwar dan l-allegat tbagħbis ta’ voti, imma mbagħad ma tatniex ismu. Nassumi li l-avukat li ġie kkuntattajt mill-pulizja huwa Jason Azzopardi. The Times qaltilna wkoll li l-pulizija ġiet mogħtija isem ta’ persuna. Meta l-pulizija nvestigatu, instab li ma kien hemm xejn minn dak li kien ġie allegat fuqu, jiġifieri li dan kien bagħbas biex persuni li jingħataw voti anki jekk ma kellhomx dritt għalih. Fi kliem ieħor, dan il-każ waqa’. Il-kelma wżata bl-Ingliż minn The Times hija “unfounded”.

Issa x’ser jagħmel il-PN? X’ser jagħmel Bernard Grech? Ser iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija risponsabbli għal dan is-suppost tbagħbis fl-aħħar elezzjoni? Jew ser jirreżenja talli ta support lil storja oħra falza, mill-ħafna stejjer foloz ta’ Jason Azzopardi? Anki l-mod kif inkiteb l-artiklu ta’ The Times, dwar dan il-każ, intwera li l-ġurnalisti mhux qed jieħdu dinn l-allegazzjoni tal-whistleblower bis-serjeta’.
Infakkar li Newsbook kienet irrappurtat din l-istorja bi prominenza kbira. Fi Newsbook kien inkiteb li kien hemm whistleblower u dan allega li kien hemm transferimenti ta’ voti ta’ persuni barranin mejta fuq oħrajn. Aktar minn hekk, Jason Azzopardi mexxa n-narrattiva u tkellem li kienet teżisti skema kriminali li bdiet wara l-2014 u din kienet tintuża biex id-dettalji ta’ persuni barranin li jmutu jiġu trasferiti fuq persuni oħra ħalli dawn jivvotaw lill-Partit Laburista. Newsbook kienet tat in-nar lil din in-narrativa.
Dan wassal biex Jason Azzopardi u l-partner legali tiegħu, Kris Busietta jagħmlu rikors flimkien u dan ġie ppreżentat quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, fejn qalu li hemm persuna li lesta tixhed.
F’dan il-kuntest ġie allegat li kien hemm trasferimenti ta’ eluf kbar ta’ flus biex persuni jingħataw il-karta ta’ identita’ sabiex ikollhom id-dritt għall-vot. Fir-rikors tagħhom, l-avukati Azzopardi u Busietta qalu li kien hemm barrani li kien lest jikxef dan il-każ. Huma allegaw li minħabba dan il-każ, il-ħajja ta’ dan il-whistleblower kienet tqegħdet f’periklu kbir. L-avukati qalu li uffiċjali tal-Gvern hedduh biex ma jikxifx dak li kien jaf.
Issa l-Kummissarju tal-Pulizija qed jgħid li din l-istorja tal-voti hija kollha fantasija u ma kienx ser imexxi. Fi kliem ieħor, mhux ser jittieħdu passi kontra ħadd għaliex dan il-każ, skont il-pulizija, huwa infundat. Jason Azzopardi u Kris Busietta jafu li f’Malta, il-pulizija biss għandha l-fakulta’ li tmexxi kriminalment.
Issa x’ser jagħmel il-PN, ser iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija personalment risponsabbli talli ma jridx imexxi? Ser imur l-Ewropa u jagħmel kampanja li għandna kummissarju tal-pulizija korrott? Ma naħsibx. Tant kemm din l-istorja ma hix minnha, li l-media stess, ġa mill-bieraħ t’lura bidlet in-narrativa. Il-media ma għadhiex titkellem dwar is-serq ta’ voti. Minflok, The Sunday Times tatna storja oħra ta’ serq ta’ abbużi fl-għotjiet ta’ benefiċji soċjali. Kieku din it-teorija ta’ Jason Azzopardi u Kris Busietta kienet minnha, kieku l-ġurnali għadhom jgħajtu dwarha u kienu jħallu l-istorja li tikkonċerna eks-deputat Laburista għal żmien ieħor.
Skont dejjem kif qalu l-avukati Busietta u Azzopardi fir-rikors tiegħu, dan ma kienx l-uniku każ ta’ korruzzjoni li kien ser jikxef dan il-whistleblower. Kien lest jikxef skandlu li jinvolvi għoti tal-liċenzi fi Transport Malta. Skont ma ġie ppubblikat fi Newsbook, dan il-whistleblower kien involva ruħu mal-Partit Laburista mill-2008, biex iservi bħala Segretarju tal-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista f’Ħal Balzan u kien jaħdem biex jattira votanti lejn il-Partit Laburista. Kien hawnhekk fejn il-whistleblower jgħid li skopra b’ħidma “li essenzjalment kienet konġura kriminali mmexxija minn organizazzjoni effettivament kriminali” li kienet intenzjonata li tgħin persuni jgħaddu t-test tal-karozza wara intervent minn uffiċjali għolja jew anke Ministri.
Naħseb li kieku f’dan l-każ, il-focus kien dwar l-allegati abbużi fi Transport Malta u fuq l-għoti tal-liċenzi tas-sewqan lill-barranin mill-istess Transport Malta, meta dawn ma kienx ħaqqhom, kieku kienu jkunu aktar effettivi għaliex wara l-impjieg ta’ dawn il-barranin ġewwa pajjiżna hemm persuni b’saħħithom li l-media lokali ma titkellimx dwarhom.
Dak li hu interessanti f’dan kollu li dawn iż-żewġ avukati li għandhom uffiċju flimkien. Issa qed jerġgħu jidhru flimkien fil-qorti. Infakkar li għamlu żmien ma jidhrux flimkien peress li Jason Azzopardi kien qed jidher għall-membri tal-familja Caruana Galizia, waqt li fuq fl-istess proċeduri, sieħbu, Kris Busietta, kien qed jidher għal persona li potenzjalment setgħet jew tista’ tkun imdaħħla f’dan id-delitt.

Newsbook. Halli għalihom!! U din tal-Knisja Kattolika Maltija jekk trid.
Iffissata kontra l-gvern Laburista. Gharukaza!!
X ma titbejidx il.merhla mil.knisja…alla ghad jrid ihalashom.
Mela li iggiel persuna li tablika ghal – Beneficju Socjali qabel l – Elezzjoni mhux xiri ta’ Voti .
Imma dawk żewġ każi separati. Ma tistax tqiegħed liIl-mejtin li suppost ivvutaw u l-ħajjin li setgħu ħadu benefiċċji li ma kienx ħaqqhom ollha f’keffa (jew tebut) wieħed.
I tista’ tispjega kif ”iġġiegħel” persuna tapplika. Tagħmillha pistola ma’rasha u jkollha timla l-formola bilfors? Jekk kien hemm serq u qerq fuq il-benefiċċji ( u jidher li kien hemm) min applika jkollu jġorr ir-responasibiltà wkoll.
Sur mercieca bil gideb ma jigux il voti dawk jigu bix xoghol il gideb sar l arma tal partit nazzjonalista jien nahseb li l pn ahjar jara kif se jithalsu dawk li fdawhom bic cedoli u jhalas id dejn.li l partit ikamula min dejn.gie.ghax sal l elezjoni tal 2013 hadd ma sema li ghandhom dak id dejn.kollu min.fejn kien.jitmexxa l partit ghax.ga ghadew 10 snin.u nies ghadhom jistennew risposta imaginaw fallew id dar tahhom.ahseb x.jaghmlu.lilna .jekk ix.xitan jahleb
Il-Labour ghandu d-dejn ukoll. Hemm bzonn inkunu onesti. Altrimenti hadd ma jibqa jemminna.