Aktar ma’ kollox sar jiswa l-flus, aktar il-bniedem sar ma jiswa xejn.
Minn Edwin Vassallo
The Shift News tagħtina storja dwar triq f’Ħad-Dingli. F’din it-triq Joseph Portelli bena appartamenti u dawn qegħdin għall-bejgħ. Ovvjament, jekk l-appartamenti jkunu ta’ Portelli, dawn ser jispiċċaw, aktar minn ta’ ħaddieħor, fuq il-media. Imma biex tkompli tagħqad, it-triq fejn inbnew dawn l-appartamenti kienet fl-imgħoddi suġġetta għall-kontroversja. Meta Ian Borg kien ministru risponsabbli minn Transport Malta ried din it-triq b’saħħa kbira. Wieħed irid jiftakar li Ian Borg hu minn Ħad-Dingli u Ħad-Dingli huwa fid-distrett tiegħu.
Meta Ian Borg ried jiftaħ din it-triq, kien hemm minn qal li wara dan il-proġett kien hemm l-ispekulazzjoni. Illum x-Shift news qed juri li hemm propjeta’ għall-bejgħ li għadha l-anqas hija koperta’ bil-permessi tal-bini.
Bħal ma jiġri dejjem u f’kull żmien, wara kull proġett ta’ ftuħ ta’ toroq, ifaqqsu proġetti għall-bini. Wiehed jiftaħ it-triq u l-ieħor jibni. Dik hija biċċa xogħol normali u nista’ ngħid li dejjem hekk kienet. Imma llum, dawn il-proġetti qed iġibu mitt mistoqsija aktar mill-imgħoddi. Hawnhekk il-mistoqsija hija li mhux biss din it-triq kienet suġġett ta’ kontroversja, imma wkoll li bini li nbena fuqha huwa wkoll suġġett ta’ kontroversja.
Tajjeb jew ħażin, illum ma hemmx proġett li jsir minn dan il-gvern li ma joħloqx xi biċċa negozju. Hekk saret il-ħajja. Naf li dejjem kienet hekk, imma llum din saret kultura. Fi kliem ieħor, in-nies qed jaraw f’kull proġett tal-gvern, bħala proġett li warajh hemm biċċa negozju.
B’hekk, din l-istorja torbot ma’ dak li ktibt fuq il-Facebook page tiegħi ftit tal-jiem ilu, “waqt il-prova kollox”. F’din il-paġna Facebook ktibt “flus, flus u flus u kull ma jsir għall-flus”. Iva din mhux xi ħaġa t’issa, iżda issa, f’dawn iż-żminijiet, tal-għaġeb kif kull ma jsir irid b’xi mod jinbidel fi flus. Għalhekk inżid ngħid li llum ma jsir xejn jekk mhux għall-flus. Mhux ta’ b’xejn li l-volontarjat qed imut f’pajjiżna. Dak li hu nkwetanti huwa l-fatt li llum aktar minn dari, “aktar ma kollox sar jiswa’ l-flus, aktar il-bniedem sar ma jiswa xejn”.

“Naf li dejjem kienet hekk, imma llum din saret kultura.”
Jekk dejjem hekk kienet, mela mhux saret kultura, imma hija kultura!
Joey, your logic falls short. We always had murders happening in Malta but we have never had a murder culture (like the Bronx in NYC). Money corrupts and we always were prone to corruption. But now, as Vassallo points out, it’s widespread and acceptable, weaved fully into the culture.