Jista’ l-Kunsill tal-Ilsien, li hu entita’ tal-gvern, jgħid kif qabbad avukat privat mingħajr ma mar għall-sejħa pubblika jew jekk iħossx li qed imur kontra l-kodiċi tal-etika?
L-istorja ta’ Norma Saliba kompliet tiddomina l-aħbarijiet. The Times tatna aktar retroxeni ta’ dak li ġara u issa jidher ċar li Olvin Vella, iċ-Chairman ta’ dan il-Kunsill kien ġie infurmat bit-twaqqif ta’ dan iċ-ċentru ġdid tal-ilsien malti u bl-għażla ta’ Norma Saliba biex tmexxih. Jekk xejn din l-istorja wriet li dan il-kunsill għandu problemi interni. Ħa ngħidha ċara. Ma naqbel xejn li uffiċjali tal-gvern jikkommunikaw b’WhatsApp dwar affarijiet uffiċjali. Uffiċjali tal-gvern, jiġifieri nies tal-ministeri u segretarji permanenti għandhom jikkumminakaw b’mod uffiċjali.

Imma ħareġ ċar minn dak li ġie ppubblikat f’The Times li l-gvern għamel dmiru skont il-liġi u kkommunika mal-Kunsill tal-Malti dwar id-deċiżjonijiet tiegħu, jiġifieri li kien ser jappunta lil Norma Saliba bħala l-kap esekuttiv ta’ din l-aġenzja ġdida li l-gvern kien ser iwaqqaf. Mela l-għażla ta’ Norma Saliba hija waħda tajba.
Issa wieħed jista’ jargumenta politikament li ma kienx hemm sejħa għal dan il-post jew Norma Saliba hija waħda minn tagħna lkoll. Imma tidher li l-għażla saret minn persuna li ġa tinsab mal-gvern u fuqha kien hemm qbil maċ-chairman tal-Kunsill tal-Malti. Fuq kollox, ma nafx għalfejn il-Kunsill tal-Malti qed jagħmel dan il-plejtu kollu. Jikkonferma l-Kunsill tal-Malti li miegħu kien hemm jaħdem ċertu impjegat li ma ddaħħalx wara sejħa pubblika imma ġie seconded mal-Kunsill? Ma għandi xejn kontra dan l-impjegat li hu bniedem tal-affari tiegħu u gradwat fil-Malti. Qed ngħid dan biss minħabba din il-kontroversja li nqalgħet u biex nuri li dawn huma prassi normali fl-istrutturi tal-gvern. Issa kull partit fil-gvern iqiegħed in-nies tiegħu f’ċertu pożizzjonijiet. Li jqiegħed in-nies tiegħu f’ċertu pożizzjonijiet ma ddejjaqniex sakemm huma kompitenti. F’dan il-każ, Norma Saliba hija kompitenti u kapaċi tkun persuna li toħroġ lill-Malti fl-iżolament li ddaħħal fih. Saliba għandha viżżjoni Mediterranja u l-Malti għandu bżonn din il-viżżjoni wiesa’ għaliex ingħalaq u qed jinqatel. Biss biss, kemm ilu jeżisti l-Kunsill tal-Malti, il-Malti tilef l-element semitiku tiegħu u prova ta’ dan kienu dawk ir-riformi oxxeni li dan il-Kunsill tal-Malti għamel xi snin ilu u li komplew kissru l-Malti.
Imbagħad hemm it-tieni fattur. Il-Kunsill tal-Malti ddeċida li jqabbad avukat. F’dan il-każ qabbad lil Claire Bonello. Għall-inqas minn dak li ħareġ fil-media kienet l-avukata Claire Bonello li għamlitilhom il-protest ġudizzjarju. Sa fejn naf jien, Claire Bonello ġiet appuntata b’mod dirett bla ma saret sejħa pubblika biex tagħmel dan ix-xogħol mal-kunsill. Skont ma ġie rrappurtat fil-media, il-gvern offra s-servizz tal-avukat tal-istat u ta’ Peter Grech imma l-kunsill irrifjuta dan is-servizz. U hawn tinsab l-anomalija legali. Il-Kunsill tal-Malti mhux NGO. Dan hu kunsill imwaqqaf mill-liġi li qed jirċievi flus mingħand l-istat. Mela huwa wkoll marbut ma’ ċertu regoli etiċi u morali li jorbtu lill-istat.
Dan li qed ngħid għal Bonello jgħodd għal kull avukat ieħor li jista’ jqabbad dan il-kunsill. Jekk ser titħallas kemm ser tieħu? What is sauce for the goose is sauce for the gander. U jekk ser titħallas, kif intgħażlet u għala ma saritx sejħa jew użaw is-servizzi tal-avukat tal-istat? B’hekk hu importanti li l-poplu jkun jaf minn fejn Claire Bonello ser titħallas tax-xogħol tagħha.
Fuq kollox, dan hu kunsill li hu marbut b’Kodiċi ta’ Etika. Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx mal-Kodiċi ta’ Etika, imma nfakkar li artiklu 21 ta’ dan il-kodiċi hu ċar u dan jorbot lill-membri kollha tal-Kunsill tal-Malti.

Hu hawn fejn tinsab id-dilemma. Għala persuna kienet tajba biex tkun seconded mal-Kunsill tal-Malti u Norma Saliba, li qed tiġi appuntata bl-istess proċedura f’din l-entita’ ġdida ma hix tajba? Għala għall-post li ngħatat Norma Saliba jridu sejħa pubblika u mbagħad biex jitqabbad avukat mal-istess Kunsill tal-Malti le? Fuq kollox, kif jgħid l-istess kodiċi tal-etika, il-membri tal-Kunsill tal-Malti huma obbligati li jiġbdu l-linja tal-gvern.
Għalhekk jien nammira l-kultura passata kattolika li kienet ibbażata fuq l-assolutiżmu, għaliex kollox kien assolut. Illum kollox sar relattiv, jiġifieri xi ħaġa li mhix bilfors tajba għal ħaddieħor issir tajba għalik,bir-riżultat li meta jagħmilha ħaddieħor jingħad li hu dnub u meta jagħmilha xi ħaddieħor tispiċċa tkun tajba.
Semplici.
Norma Saliba gejja min fazzjoni Laburista u Claire Bonello mill fazzjoni Nazzjonalista.
What has it got to with anything? As long as you side with Owen.
Dak li għedt fuq il-WhatsApp hu eċċellenti.
Dan x’pajjiż hu fejn il-konsultazzjoni ssir bil-WhatsApp qisna sejrin nieħdu kafè?