In-numru ta’ barranin hu ferm akbar minn dak mogħti mill-istatistika uffiċjali tal-gvern; wasal miżerjament għall-aktar minn 40% tal-popolazzjoni.

Romegas

Ftit tax-xhur ilu t-Times ħabbret li  hawn madwar 115,000 barrani joqgħodu f’pajjiżna – jiġifieri skont il-figuri li ħarġu miċ-ċensiment, madwar 22% tal-popolazzjoni totali preżenti fuq din ir-roqgħa art huma barranin.

Però ħafna nies ma kienux konvinti mill-fatwalità ta’ dawn il-figuri – wara kollox kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu – u diffiċli taħrab l-impressjoni li dawn il-figuri m’humiex korretti u li fil-fatt in-numru ta’ barranin fostna huwa ferm akbar.

Illum ħarġet statistika oħra importanti mill-NSO li tkompli tkabbar id-dubji fuq in-numru ta’ barranin fil-pajjiż u jekk il-gvern għandux tassew ħjiel tal-figuri veri.

Fl-aħbar li tagħtina l-Malta Today, skont l-istatistika uffiċjali – hawn ftit aktar minn 51,000 propjetà li fiha jgħixu l-barranin. Li kellna nieħdu dawn iż-żewġ figuri uffiċjali flimkien, dan ikun iffiser li hemm medja ta’ 2.2 barrani għal kull appartament jew dar li fiha joqgħodu l-barranin.

Ħadd m’hu ser jemminha. Kulħadd jaf li partikolarment dawk il-ħaddiema kollha barranin fuq paga minima li huma l-maġġoranza assoluta ta’ barranin f’pajjiżna joqgħodu miżerjament erbgħa f’kull appartament. Ħafna drabi, speċjalment f’appartamenti li huma 3 bedroom il-kera tinqasam bejn sitta. F’appartamenti oħra saħansitra aktar – hawn appartamenti qishom dormitorji fejn l-immigranti saħansitra jaqsmu soda ma’ ħaddieħor. Nafu li f’appartament wieħed ġewwa tas-Sliema kienu qed jorqdu erbgħin ruħ! – u ħadd m’hu ser jemmen li dan kien l-uniku appartament fejn dan iseħħ.

Kif għidt kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu – kulħadd jaf x’inhi s-sitwazzjoni vera, biżżejjed iddur diversi nħawi biex tara l-gzuz ta’ barranin deħlin u ħerġin mill-istess appartament – biżżejjed iddur f’inħawi bħal Ħamrun jew Santa Venera jew Tal-Pietà biex tifhem li mimlijin familji Għarab kollha b’ċorma tfal! Kulħadd kapaċi jinduna donnu li n-numru ta’ barranin huwa ferm ikbar minn dak irrapportat ħlief il-gvern u l-midja liberali.

In-numru  ta’ barranin huwa ferm akbar minn dak li qed jiġi rrapportat – miżerjament hawn id-doppju – jiġifieri ‘l fuq minn mitejn elf jew aktar minn 40% tal-popolazzjoni Maltija. Hekk kif il-popolazzjoni Maltija tkompli’ tixjieħ u bir-rata ta’ fertilità diżastruża preżenti – dan il-perċentwal ikompli jikber b’mod esponezzjali u hija biss kwistjoni ta’ żmien li l-Malti jsir minoranza f’pajjiżu stess. B’din ir-rata dak iż-żmien mhux il-bogħod.

Hemm dubji serji kemm verament il-gvern jaf kemm hawn barranin f’dan il-pajjiż – żewġ raids tal-pulizija f’Buġibba u l-Marsa ġabru ’l fuq minn mitt barrani li kienu f’pajjiżna illegalment u dan f’temp ta’ siegħa, l-aktar sagħtejn.

Immaġinaw li kellhom iduru dawra tajba madwar Malta x’jiġbru.

Il-verità hi li l-pajjiż tilef il-kontroll – u minkejja dan għadu mhux kuntent – għadu jibni l-eluf t’appartamenti ġodda li jistgħu jimtlew biss mill-barranin.

L-aqwa żmien jgħaddi bħal-leħħa ta’ berqa u warajh jiġi l-biki u theżżiż tas-snien.

One thought on “In-numru ta’ barranin hu ferm akbar minn dak mogħti mill-istatistika uffiċjali tal-gvern; wasal miżerjament għall-aktar minn 40% tal-popolazzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *