L-istrateġija fil-qasam tas-saħħa għandha tkun dik li jkun reġenerat l-isptar ta’ San Luqa.
Minn osservatori politiku
Ma jistax ikun li l-poplu Malti u Għawdxi ma jiftakarx kuljum fis-serqa kbira li saret f’dak li suppost kien investiment fis-settur tas-saħħa ta’ pajjiżna. Ma jistax ikun li ninsew id-diffikultajiet li qed jiffaċċja Mater Dei minħabba li ma għandux wisgħa biex jilqa’ l-pazjenti li qed jirrikorru għandu għall-għajnuna.
Issa li l-kawża ta’ Adrian Delia ntrebħet u l-isptarijiet għaddew għand il-Gvern il-poplu qed jistenna li l-Gvern jibda’ jindirizza l-veru investiment fl-isptarijiet Maltin u Għawdxin. Hemm bżonn li l-Gvern jibda’ jara kif ser jiġġenera l-isptar San Luqa ħalli jkun ta’ għajnuna lill-isptar Mater Dei li qed iwerżaq għal din l-imbierka għajnuna. Dan ser ikun ta’ bżonn minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni ta’ pajjiżna.
Kulħadd jaf li għad hemm l-appell għaddej imma aħna nistennew li l-Gvern jibda’ jurina kemm jista’ jkun malajr kif ser jixpruna l-investiment fis-settur tas-saħħa. Ma jistax ikun li jibqgħu jintilfu l-ġranet. Diġa’ rajna tmien snin ta’ ħela ta’ ħin fejn l-investiment waqaf għal kollox għax ma sar xejn. Il-pazjent ma jistax jibqa’ jistenna li jingħata servizz professjonali li pajjiżna huwa rinomat għalih.
Ir-real deal qatt ma kien. Kien biss daħq fil-wiċċ. Issa min webbilna bir-real deal irid iqum fuq tiegħu u jgħidilna tassew kif ser jissaħħaħ is-servizz tas-saħħa mhux iħallina mċappsin ma’ kuntratt li ġie deċiż li hu frawdalenti u li ma sewa ta’ ebda għajnuna lill-poplu Malti u Għawdxi. Issa wasal iż-żmien li l-poplu jkun jaf kif ser itaffi mid-diffikultajiet li qed jiffaċċja Mater Dei u li minħabba fihom qed ibatu kemm il-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema fl-isptar.
Din hija sitwazzjoni li ma jistax jaħrab minnha l-Partit Laburista. Dan ġie maħsub fi żmienhom. Inkitbu l-kuntratti min-nies tagħhom. Iffirmat il-kuntratt minn Ministri tal-Gvern Laburista. U fuq kollox in-nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt sar kollu kemm hu meta Gvern Laburista kien fil-poter. Mela żgur li ma jistgħux jippruvaw idaħħlu lil xi ħadd ieħor fl-istorja. Din hija kollha storja ħamra mill-bidu sat-tmiem. Ir-responsabilita’ hija kolla tal-uffiċjali tal-Gvern Laburista. Misshom kienu aktar attenti għal min ħawwad fil-borma. Misshom żammew din l-oxxenita’ milli ssir u misshom waqfu lil diversi politiċi jibqgħu għaddejjin u jgħaddu ż-żmien bil-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Issa għall-magħmul ma hemmx kunsill. Imma għall-inqas minn din l-istorja għandna nerġgħu bil-mod nibdew naħsbu biex nerġgħu nagħmlu minn San Luqa sptar ieħor diċenti biex inkunu nistgħu nleħħqu maż-żieda fil-popolazzjoni tagħna. Il-bini għandu potenzjal li hu ħafna akbar minn Mater Dei. Kull ma jeħtieġ huwa ftit attenzjoni u maniġjar tajjeb biex dan ikun jista’ jsir.

Yes, St Luke should be refurbished, but by whom? We can’t trust Fearne’s team after letting 400 million euros slip through with no returns to show.
Sptar refurbished jew sptar iehor gdid ma jaghmiliex sptar. L-isptar ikun BISS sptar jekk ikollok biz-zejjed nurses, tobba, physiotherapists etc. Anqas ghandna biz-zejjed nurses biex nhaddmu b’full capacity Mater Dei ahseb u ara kemm nistghu naghmlu sptar iehor. St Lukes bla staff ikun white elephant.