Issa anki l-PL sar il-partit tal-avukati
Minn Edwin Vassallo
Nota qasira fuq dak li ġie ppubblikat f’Shift News. Shift Nies tgħidilna li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 66 avukat fil-lista tagħha. Imbagħad hemm nies li għadhom jistennew post li ġew mwegħda qabel l-elezzjoni minn din l-Awtorita’ u għadhom ma ħaduhx. Żgur li issa, l-PL ma jistax jibqa’ jgħajjar lill-PN bħala l-partit tal-avukati. Anzi llum il-PL sar il-Partit tal-avukati u għandu avukati fi ħdanu aktar mill-PN. Anki fil-grupp parlamentari għandu aktar! Dan ifisser li l-PL sar il-partit tal-avukati u l-interessi tal-avukati qed jiġu qabel l-interess tal-ħaddiema li dan il-partit jgħid li jirrappreżenta.
Imma l-aqwa li għandna gvern li moħħu biex jonqof fuq ix-xinxilli imma l-infieq ma għadux isir fl-interess tal-klassi tal-ħaddiema imma fl-interess tal-klassi tal-first tier.
Tajjeb wieħed jistaqsi jekk il-Ministeru tal-finanzi tax xi ordni biex kull ministru jonfoq kemm jiflaħ. Nistgħu ngħidu li għalkemm qed jintefqu flus fuq konsulenzi legali, n-nies xorta mhux qed jieħdu servizz aħjar. Nistgħu ngħidu li dan l-infieq f’dawn l-avukati kollha jekk hux qed jissarraf f’servizz aħjar?
Aħjar l-Awtorita’ tal-Housing inaqqsu n-numru ta’ dawk li jridu saqaf fuq rashom. Ara għal dawn, il-Housing Authority ma għandix il-flus. L-Awtorita’ tad-Djar ma għandhiex biżżejjed flus biex tibni aktar djar jew tlesti il-binjiet li hemm mibnija, imma biex tħaddem 66 avukat magħha għandha flus għalihom!

Il-Ministru Galdes missu ilu li tneħħa mill-kabinett. Miegħu hemm oħrajn li issa ilhom hemm mit-2013 u jidher li jew għajjew jew tilfu l-motivazzjoni! Hemm bżonn urġenti ta’ demm ġdid fil-kabinett, b’idejat ġodda, motivazzjoni ġdida u rieda li jagħmlu ġid lill-poplu Malti.