Minħabba l-għoli tal-ħajja qed jiżdied ix-xogħol part-time.
Minn osservatur poltiku
Kummenti mogħtija minn rappreżentanti tal-unjins Maltin u Għawdxin qed jgħidulna li ħafna nies qed ibatu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Kull min jaqra jew jisma’ l-aħbarijiet qed jifhem li ż-żieda fl-inflazzjoni u fl-għoli tal-prezzijiet qed tolqot ħażin lil kull ħaddiem Malti u Għawdxi.
Fil-fatt minn rapport li joħroġ b’mod regolari min-National Statistics Office jgħidilna li n-numru ta’ nies li qed jaħdmu part-time barra mix-xogħol regolari tagħhom żdied b’9.4% f’din l-aħħar sena. Minn l-istess rapport sirna nafu li 39,538 persuna għandhom kemm xogħol full-time kif ukoll part-time. U dan qed nitkellmu fuq Marzu ta’ din is-sena. Dan ifisser li 15% tal-ħaddiema kollha full-time qed jagħmlu part-time biex ikunu jistgħu jaqilgħu flus aktar għall-familja.
Raġuni waħda li dan seta’ ġara kienet minħabba li l-Gvern irranġa għall-aħjar il-kondizzjonijiet li bihom jagħmlu l-part-time. Dan meta l-Gvern kien naqqas ir-rata tat-taxxa minn 15% għal 10%. Għalhekk saret aktar attraenti u kull min kien qed jagħmel xi part-time ddeċida li jiddikjara dak kollu li kien qed jagħmel.
Imma l-akbar raġuni hija li jeżistu ħafna nies li mhumiex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Allura ikollok tara kif tagħmel biex taqla dik ix-xi ħaġa żejda biex tkun tista’ tgħix tajjeb. Għalhekk ir-rappreżentanti tal-unjins qed jinkwitaw biż-żieda ta’ nies li qed ifittxu xogħol part-time. Fil-fatt il-unjins nkwetati li dan qed jirriżulta minħabba l-għoli tal-ħajja u għal ebda raġuni oħra.
Ix-xoghol part-time kien jaghmlu l-emigrant biex ifittex ifaddal u jirritorna lura fl-ghaziz pajjizu. Illum storja ohra. F’Malta sar difficli ferm li tlahhaq mal-gholi tal-hajja. Hu proprju ghalhekk li l-Ministri qed jaghtu lil girlfriends taghhom u lil qrabathom xoghol bhala “persons of trust.” B’hekk ikun jistghu jhallsuhom ferm u ferm ahjar mil-pagi qamel ta’ xoghol mal-gvern.