Il-ġlieda li seħħet fil-Każin Nazzjonalista tal-PN fil-Ħamrun: bżonn ta’ azzjonijiet dixxiplinarji konkreti.
Minn osservatur politiku
Għadna ma smajna xejn x’ser jiġri wara dik il-ġlieda li seħħet fil-club tal-Partit Nazzjonalista fil-Ħamrun. L-istess Partit għadu kif ħa deċiżjoni li jagħlaq il-każin temporanjament. Almenu ttieħdet xi tip ta’ azzjoni li turi li ma mietx kollox fuq ommu. Imma dan ser ikun biżżejjed biex jiġu dixxiplinati n-nies li kienu nvoluti u jkun stabbilit eżatt x’ġara u kif bdiet din il-ġlieda?
Nisperaw li affarijiet bħal dawn jittieħdu bis-serjeta’ anke mill-pulizija. Dak li ġara ma jistax jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn. Huwa aċċettabbli li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim bejn partitarji tal-istess Partit imma żgur mhux aċċettabbli li jsiru attakki fiżiċi għax ikun hemm diverġenza. Wieħed irid jgħid li persuna spiċċat l-isptar. B’hekk ma jistax dan il-każ jitqies qiesu ma ġara xejn.
Sewwa għamlet il-mara tal-vittma li qalet li trid tara li ssir dixxiplina ma’ min ħa l-liġi f’idejh. Sewwa għamlet li titkellem u tgħid li ser tagħmel ħilitha biex issir ġustizzja ma’ min ħaqqu. Irridu nkunu nafu jekk kif qalet bint il-vittma, missierha hux ser jibqa’ jiġi konsidrat bħala l-ħaruf tas-sagrifiċċju u kollox jieqaf hemm. Il-pulizija trid tagħmel xogħolha għax dawn mhumiex affarijiet aċċettabbli fil-ħajja tal-lum.

Imma l-Partit Nazzjonalista jrid juri li qed jieħu din l-istorja b’ħafna serjeta’. Irid jibgħat messaġġ li fil-każini tiegħu jirrenjaw l-ugwaljanza u l-paċi u qatt ma hu ser tiġi aċċettata din it-tip ta’ azzjoni minn ħadd. Hu min hu l-aggressur għandu jitressaq għad-dixxiplina mill-Partit Nazzjonalista. Ma jistax ikun li ma tittiħidx azzjoni konkreta fuq avveniment bħal dan. Il-partit irid juri li jemmen fid-dixxiplina tal-partitarji tiegħu speċjalment f’wieħed mid-djar tal-partit stess.
Jekk ma jsir xejn ikun qed jintbagħat messaġġ li l-każin mhux f’idejn il-kumitat.
Nistennew u naraw imma mportanti li f’dan il-każ toħroġ il-verita’ kollha. Għalhekk ma jistax jitħalla jgħaddi ħafna iktar żmien biex jittieħdu passi dixxiplinarji. Imma l-impressjoni li qed nieħu hija dik li fil-Partit Nazzjonalista ma hemmx ħeġġa li tittieħed dik l-azzjoni neċessarja biex jintbagħat messaġġ ċar li ċertu sitwazzjonijiet mhux aċċettabbli, aktar u aktar, meta f’din l-azzjoni b’xi mod kien hemm ukoll “is-sehem” tal-istess kap tal-Oppożizzjoni. X’rowl eżatt kellu Bernard Grech f’dan kollu?
Għalhekk il-Partit Nazzjonalista għandu jħaddan it-trasparenza. Waqt li jara li l-partitarji jkollhom imġieba tajba, jrid jara wkoll li l-verita’ ta’ verament x’ġara u kif żvolġew l-affarjiet tkun stabbilita’ bl-aktar mod ċar.
Kif jista jkun kreddibli l-Partit Nazzjonalista fuq il-kaz tal-Hamrun? Meta il-Kap precidenti Dr Adrian Delia gie irrifjutat li jidhol gol-kazin tal-Mellieha wara din il-pastazata kien hemm Emvin Bartolo. Taf x’ghamel Bernard Grech kif lahaq kap tal-PN? Ta’ premju lil istess Emvin Bartolo billi dahlu full time mal-partit bhala delegat tal-kandidati. Kif issa jista jiehu passi kontra minn kien wara l-kaz tal-Hamrun? What’s good for the goose is good for the gander.
Kiku jien president ta’ Kazin ta’kwalunkwe socjeta u l-barman cahhadni milli nidhol fil-kazin u oltre minn hekk uza l-vjolenza u sawwat xi hadd li ghamel il-punt tieghu li jien ghandi kull dritt li nidhol fil-kazin, mhux naghlaq il-kazin imma l-ghada nsejjah kumitat u nkecci li barman dak il-hin.