Mark Laurence Zammit u l-ipokrezija ġurnalistika ta’ The Times.
Il-ġurnalista ta’ The Times, Mark Laurence Zammit, tana artiklu fejn qalilna li l-PN għalaq il-każin politiku tiegħu ġewwa l-Ħamrun b’mod temporanju wara li Bernard Grech ma tħalliex jidħol fih. Imma dak li ma qalx huwa li dan ingħalaq minħabba ġlieda li nqalgħet ma’ kanvassers ta’ Mario Demarco.
Infakkar li kien dan is-sit li ħareġ b’din l-istorja l-ewwel. Infakkar li kien dan is-sit li qal li din kienet riżultat ta’ ġlieda bejn kanvassers ta’ Demarco u persuna, li ismu ħareġ fil-media, jiġifieri Noel Mifsud Bonnici li hu l-kanvasser ta’ Bernard Grech u jiftaħar li jiġi minnu. Imma din ir-referenza lejn il-kanvassers ta’ Demarco tħalliet barra minn Mark Laurence Zammit. Infakkar li Mario Demarco huwa fuq il-bord ta’ The Times.

Din l-aħbar tfakkarni fi ġrajja simili li kienet ġrat fil-kazin Nazzjonalista tal-Mellieħa. Infakkar li din kienet ġrat wara l-famuża storja tas-17 heroes li Mario Demarco kien wieħed minnhom. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien, Adrian Delia ried imur il-każin tal-PN tal-Mellieħa biex jorganizza attivita’. L-amministrazzjoni kienet irċievet ittra mingħand il-kumitat tal-PN Mellieħa fejn qalulu biex ma jmurx. Din l-ittra kienet instigata minn Envin Bartolo membru tal-kumitat u li jiġi ħu Evarist Bartolo. Dak in-nhar, Adrian Delia xorta kien mar u ma għalaqx il-każin. Hu kien qal li kulħadd kien milqugħ fil-PN, imma li kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed. Infakkar li Envin Bartolo kien wieħed minn dawk li ħadem biex Bernard Grech ikun kap tal-Partit Nazzjonalista. Illum, dawk li għamlu ta’ Bernard Grech lil Adrian Delia, spiċċaw jagħmluh lilu kanvassers li kienu parti tal-famużi deputati tas-17 heroes.
Issa wieħed jara kemm The Times hija biased fl-aħbarijiet tagħhom. Ara issa għaliex hemm l-interessi ta’ Mario Demarco ma ntqal xejn minn The Times li din kienet ġlieda ma’ kanvassers tiegħu. Dan it-tip ta’ reportaġġ ta’ Mark Laurence Zammit ikompli juri li The Times spiċċat. Xi darba, din kienet l-aktar gazzetta prestiġjuża ta’ Malta. Illum ma għadhiex aktar. Din spiċċat wara li Keith Schembri rnexxielu jdawwarha favur l-Labour u ħlief tattakka lill-PN minħabba l-ideoloġija tiegħu ma għamiltx. The Times spiċċat għamlet ħerba mill-PN. Imma biex wieħed ikun fair, mhux biss Keith Schembri jaħti ta’ dan kollu. L-edituri preżenti raw li jimlew lil The Times b’ġurnalisti woke, liberali u xellugin. Jekk xi ħassieb kien konservattiv, dan kien jaqa’ taħt il-cancel culture.
Illum ir-riżultat qed jarah kulħadd. Dan il-proċess inbeda qabel l-2013, eżattament meta spiċċa wieħed mill-edituri kbar tagħha Lawrence Grech. Kien l-aħħar editur serju ta’ The Times. Minn wara li spiċċa Grech, The Times bdiet titkisser bil-mod il-mod. Kienet il-gazzetta li kissret lil Lawrence Gonzi u Gonzi kien għamel żball kbir li kien jagħti każ tal-editorjali tagħha. Illum l-ebda partit ma jagħti każ l-editorjali ta’ The Times daqs kemm spiċċat irrelevanti u jagħmlu sew għaliex din iddaħħalhom fil-ħajt. Infakkar li wieħed minn dawk li kien jikteb editorjali għal The Times kien (u naħseb għadu) Manuel Delia tal-Arriva!
Imbagħad, The Times rat kif tkisser lil Adrian Delia. Lil Joseph Muscat ma setgħetx tkissru għaliex mal-core tal-Labour ma għandix saħħa. Il-core tal-Lejber ma jaħmluhiex. Għalihom dik kienet u għadha tfisser x’kitbet Mabel. Imma din il-gazzetta kellha kontroll fuq il-core Nazzjonalista. B’hekk The Times bdiet kampanja kontra Adrian Delia u kull min jappoġġajh. L-artikli ta’ Mark Laurence Zammit huma konferma ta’ dan kollu. Ara issa ghaliex kien hemm l-interessi ta’ Demarco, The Times ma qalet xejn.
Issa sirna nafu li The Times ser titlaq mill-kwartieri tagħha għat-tieni darba f’għaxar snin. Din hija gazzetta li xtrat magni tal-printing li jifilħu jipprintjaw miljuni ta’ gazzetti kuljum għall-pajjiż li fih jgħixu ftit eluf. Infakkar li dawn il-magni nxtraw mingħand il-kumpanija Kasco ta’ Keith Schembri. Kienu jixtru anki l-karta mingħand Keith Schembri.
Dan l-investiment wassalhom biex l-ewwel kellhom ibieghu l-post prestiġjuż ta’ Strickland House fil-Belt ħdejn Kastija biex marru l-Imrieħel. Imbaghad kellhom jieqfu jipprintjaw The Times għandhom stess u jmorru għand Miller. Issa ser ikollhom jitilqu mill-post li fetħu b’ tant pompa fl-Imrieħel u jmorru x’imkien ieħor.
Infakkar li The Times kienet il-gazzetta ħabiba ta’ Richard Cachia Caruana. Hija l-unika gazzetta li kellha tliet diretturi maniġerjali akkużati b’korruzjoni u tipprovat taħbi din il-korruzjoni tagħha. It-Times biegħet il-propjeta tal-belt lil ta’ Hili, cioe’, lill-persuni li jagħtu support finanzjarju lir-Repubblichini. Infakkar li dawn ta’ Hili jridu jeqirdu Kemmuna u The Times bil-kemm titkellem fuq dan l-iżvilupp oxxen. Infakkar li ta’ Hili huma ħbieb ta’ Austin Gatt u Claudio Grech. Illum nafu li ta’ Hili huma ħbieb ta’ Robert Abela. U issa se jikru l propjeta’ tal-Imrieħel lil Debono tat-Toyota li f’Ħaż-Żebbug qed jagħmel mega development.
Mela fl-artikli tagħha, il-gazzetta The Times tilgħabha tal-paladina tal-good governance u kellha din il-korruzzjoni kollha fi ħdanha. Ara fuq din il-korruzzjoni Mark Laurence Zammit ma jikteb xejn. Taparsi ta’ The Times jilgħabu l-logħba li huma kontra l-iżvilupp waqt li jagħmlu negozju mal-kuntratturi kbar li huma mdaħħlin fi proġetti kontroversjali.
Bħal ma juri dan l-artiklu ta’ Mark Laurence Zammit, The Times ma għadhiex gazzetta affidabbli. Darba kienet vittma tas-Soċjaliżmu, meta ġiet maħruqa. Imma minn dak in-nhar sal-lum tgħallmet tilgħab il-logħba sew u saret oppressur tal-verita’ waqt li tpinġi lilha innifisha bħala l-verġni u l-pura ħalli taħbi idha mill-ħmieġ tagħha stess.
“Vittma tas-Soċjaliżmu meta nħarqet”.
X’kienet qabel inħarqet it-Times tal-Belt? Bini ikraħ mudlam bla valur! Imbagħad x’saret wara li nħarqet? Bini sabiħ li għola fil-prezz u l-valur minn, dan minn fuq dahar il-poplu. Min jaf min ħallas biex tinħaraq it-Times f’dak iż-żmien opportunt? Din l-istess bħal ta’ min jaf min qatel lil DCG, le?
The PN Ħamrun Club is really a Demarco club. But Mario Demarco wasn’t there this time round as he was indisposed, so he couldn’t control his canvassers.
This is what happens when political party clubs become candidate clubs and when the central party administration lacks control. It happened to Labour too, with drugs and worse in its clubs, but you would expect better of the PN, even if this was a fight among inebriated people during the Ħamrun feast.
What you say about The Times is even more important. The Times has been controlled by corrupt Labour/psuedo-Liberal forces since 2010. Keith Schembri’s man, Adrian Hillman, took decisions all the industry knew were corrupt from the outset, but The Times was at the time too enamoured of Labour to notice.
Now they are reaping the bitter fruit of their corruption, having to move twice from their HQ, but as long as they play with woke issues, like abortion and gender neutrality, they think people won’t notice.
How one-sided and insulting to uncommitted voters your comment sounds! It is well known that “Adrian Hillman” was Dr Demarco’s best man and was favoured within the Allied Group by the Demarcos. There is a far greater and more binding association with the Demarcos than with Schembri, who incidentally submitted the cheapest bid (by far) than the other suppliers (who, for some obscure reason, were the most preferred in all previous purchases Allied Group suppliers!!!)
The association between Keith Schembri and Adrian Hillman was based on bribery.
Dan l-artiklu jinteressani hafna gha jigbor fih l-istorja moderna ta’ gurnal li tilef ir-rotta fil-gid li sab ruhu fih. Mismanagement sfrenat minghajr ruh jew rispett lejn il-qarrejja. Hasra. Serqu t-Times minghand Mabel Strickland u fottew l-istorja tal-gurnalizmu f’pajjizna.
He who pays the piper calls the tune. Jien u intom liberi niktbu li nhossu. Mark Laurence mhux. Ma naqbilx ma hafna minn dak li ntqal dwar it-Times u r-relazzjoni mal-Partit Laburista. Bhala ghodda Imperjalista fi zmien il-policy tat TOM kienet kontra il-PN, il-lingwa Taljana u l-influwenza Taljana fuq pajjizna. Wara, l-aktar fi zmien bikri Mintoffjan it-Times dawwret il-kanuni fuq il-Pl. Pro British imbaghad kontra l-Integration. Meta kien ikun hawn dizgwid bejn politici lokali u l-Gvern Ingliz ma kienux hemm dubju fejn se xxaqleb it-Times. Meta kien hawn strikes fotografi tat -Times kienu jghaddu ritratti biex jidentifikaw dimostranti lil -awtoritajiet. Bhal ma gara fl-1958 fejn nies dehru quddiem il-Magistrst Gouder u ntbaghtu l-habs bil-prova tar-ritratt.
Ir-relazzjoni bejn it-Times u Keith Schembri kienet wahda ta’ negozju u il – PL ma jidholx.
PS. Tajjeb jekk xi hadd jinvestiga l-allegazzjonijiet dwar it-Times Foundation u t-testment allegatament dubjuz.
“Imma din ir-referenza lejn il-kanvassers ta’ Demarco tħalliet barra minn Mark Laurence Zammit. Infakkar li Mario Demarco huwa fuq il-bord ta’ The Times.”
Dan huwa il haxxix bil pulit li tal Allied Group marghufa ghalieh.