Għaliex iċ-CEO tal-Lands Authority qed jirreaġixxi differenti fuq art fil-Manikata mill-mod kif irreaġixxa fuq art fil-Mellieħa? Jaqaw ser ikun affettwat personalment?
The Times tatna artiklu dwar dak li qed jiġri fil-Manikata. Hija qaltilna li ħafna minn din l-art li hemm fil-Manikata hija tal-Lands Authority. Bħalissa hemm proposta quddiem l-Awtorita’ tal-Iżvilupp, dik li xi darba kienet il-MEPA biex ikun hemm re-zone ta’ din il-lokalita’ ħalli fiha jkun jista’ jsir bini għoli. Fi kliem ieħor, l-għoli tal-bini jinbidel għal din il-lokalita’.
The Times staqsiet lill-Awtorita’ tal-Artijiet jekk hija taqbilx ma’ din il-bidla fil-policies. L-Awtorita’ tal-Artijiet ma qablitx. Imma li kieku ta’ The Times kienu serji kienu jistaqsu jekk f’din il-lokalita’ joqgħodx is-CEO tal-Lands Authority u jekk din ir-zoning kienetx ser taffettwah lilu personalment.
Waqt li jien naqbel li ma għandux jkun hemm rezoning, wieħed irid ifakkar li meta kien hemm il-kwistjoni tal-art fil-Mellieħa, għaliex fiż-żona ma kienx hemm l-ebda alla kbir joqgħod fiha, iċ-CEO tal-Lands Authority aġixxa differenti!

Jien noqghod il-Manikata u ilhom li hxewha. Diga ghandna bini li jitla seba’ sulari. Suppost taht il-pjanijiet li kienu saru fid-90ijiet, il-Manikata kienet imnizzla bhala ”hamlet” (fin-95 konna 300 ruh, illum immissu mal-elfejn ta lanqas) li kellha tigi protetta. Kollox intesa u gie imwarrab -il-PN riedu taparsi jaghmlu golf course fix-xaghra l-hamra (bi skuza biex jibnu skoss appartamenti fil-wied) u wara l-protesti tan-nies din tpoggiet fuq l-ixkaffa – imbaghad ghaddew l-aktar triq inutli f’Malta li l-uniku skop taghha kien ovju from day 1 – biex twitti t-triq ghal aktar zvilupp. it-traffiku kollu ghal Ghawdex illum jghaddi minn fostna – ”sleepy hamlet” ghajni – insewha mhux ser jibqa xejn f’dan il-pajjiz. XEJN.