Ilbieraħ, Bernard Grech ma tħalliex jidħol fil-każin tal-PN tal-Ħamrun.

Ilbieraħ kienet il-festa San Gejtanu fil-Ħamrun. Filgħodu kien hemm il-marċ tradizzjonali li għalih jinżlu ħafna nies. Il-kap tal-Oppożizzjoni ma naqasx milli jattendi. Fuq Facebook, rajna ritratti ta’ Bernard Grech fil-gallarija tal-Każin tal-Banda ta’ San Ġużepp jara l-briju tal-partitarji tal-Miskina. Ma hemm xejn ħażin f’dan. Fuq kollox, dan hu każin li tradizzjonalment hu ppatronizzat aktar min-Nazzjonalisti milli mill-Laburisti, bħal ma dak ta’ San Gejtanu fih aktar Laburisti membri tiegħu minn Nazzjonalisti.

Imma din il-preżenza ta’ Bernard Grech fil-gallarija tal-Każin ta’ San Ġużepp ħbit realta’ oħra. Ilbieraħ, Bernard Grech mar biex jidħol fil-każin tal-Partit Nazzjonalista li hemm fil-Ħamrun, imma l-partitarji Nazzjonalisti ta’ dan il-każin ma’ ħallewx jidħol.

Dan hu każin ddominat min-nies u partitarji ta’ Mario Demarco. Ħa nkun ċar. Demarco ma kellu x’jaqsam xejn ma din l-istorja. Kienet azzjoni spontanja li ġejja weġġgħat kbar li għand hemm miftuħa fil-PN li wasslu biex Bernard Grech ma jitħalliex jidħol fil-Każin Nazzjonalista tal-Ħamrun. L-anomożita’ li nħolqot fil-passat mir-Repubblichini u nies ta’ madwarhom lejn partitarji Nazzjonalisti għadha tiddomina fil-Partit Nazzjonalista sal-lum.

Din l-animożita’ tmur lura għal żmien Simon Busuttil. Infakkar li Karol Aquilina kien attakka numru ta’ partitarji Nazzjonalisti li kienu membri fuq il-kumitat tal-PN fil-Ħamrun u permezz tal-media kien akkużahom li huma mażuni. Jekk kienux mażuni jew le mhux il-punt. Dawn huma partitarji li dejjem ħabbew lill-Partit Nazzjonalista. Din l-animożita’ baqgħet niżla sal-ġurnata tal-lum. Fuq kollox, il-partitarji ta’ Mario Demarco għadhom irrabjati li Bernard Grech ħalla lil Demarco barra mix-shadow cabinet.

B’hekk Bernard Grech spiċċa biex kellu jmur fil-kazin ta’ San Ġużepp u joqgħod fil-gallarija ħalli jgħatti din l-iskonfita’ personali li ġarrab. Imma l-istorja ma tieqafx hawn.

Kien hemm wieħed minn ta’ Bernard Grech li mar lura fil-Każin tal-PN biex jieħu sodisfazzjoni u għamel żball kbir. Dak ma kienx il-mument li tmur għas-sodisfazzjoni għaliex l-affarijiet, f’dawk iċ-ċirkustanzi huma ddestinati li jispiċċaw ħazin, kif fil-fatt ġara. Qiesu xi ħadd, waqt il-marċ ta’ San Ġejtanu jmur bil-Bandiera Tal-Miskina ġo nofs Tat-Tamal!

12 thoughts on “Ilbieraħ, Bernard Grech ma tħalliex jidħol fil-każin tal-PN tal-Ħamrun.

  1. Ibqghu bil familja Demarco fil-partit u tkomplu
    iggibu PN fi xejn. Tal misthija li ghandha monument ta
    demarco fi Triq ir Reppublika, u bil wicc tost kollu mall qorti,
    meta Sir Anthony Mamo
    kien gudikant prim u ma kienx marbut ma ebda politika,
    kien l-ewwel President ta Reppublika u ma ghandhux
    Monument la finTriq ir-Republika u lanqas il-belt. Veru politika
    mhanzra tal PNPL !

  2. Ibqghu bil familja Demarco fil-partit u tkomplu
    iggibu PN fi xejn. Tal misthija li ghandha monument ta
    demarco fi Triq ir Reppublika, u bil wicc tost kollu mall qorti,
    meta Sir Anthony Mamo
    kien gudikant prim u ma kienx marbut ma ebda politika,
    kien l-ewwel President ta Reppublika u ma ghandhux
    Monument la finTriq ir-Republika u lanqas il-belt.

  3. Dak li ma ghamilx il-gvern ghamlu il- poplu karkariz ghaliex ghamel unur lil Malta u l-belt twelidu ta Bkara. Imma ghaliex ma kienx imcappas ma
    l-ebda partit allura ninsewh u semmew sptar ghalih tal cancer.
    Post il-monument ta Sir Anthony huwa quddiem ilQorti minnflok dak
    Ta demaco ghaliex huwa kien prim gudikant u bla irbit politiku.
    Imma il-PNPL jghamlu karriera fil partit jsiru sinjuri huma u ta madwarahom u jkomplu jisolhu uliedhom, u bil wicc tost kollu
    jridu l- monument wkoll wara mewthom.

  4. X’JIGRI JEKK IL PN IKUN FIL GVERN , MALTA TISPICCA TAHT DAWK IT-TLETT ELEF RUH TAT TAPARSI rePUBBLIKA LI KULL MA GHAMLU HU DIZGWIET FIL PAJJIZ U FIL PARTIT , HAMMALLAGNI DAGH U KLIEM HAZIN GHAL DAWK KOLLHA LI MA JAQBLUX MAGHHOM KEMM LABURISTI U ANKE NAZZJIONALISTI …….. U FUQ KOLLOX KIENU IL KAGUN LI FALLEW LILL MALTA META KIENU FIL GVERN

    1. Gino, kull ma ghamlu kixfu is-serqa ta flus il-poplu minn klikka
      Mafjuzi u kollox ippjanat. Pero garanzija illi mhux ser jirnexxilkhom
      Twaqqfu lil hadd milli jikxifkhom, mhux ser jirnexxilkhom, anqas billi
      assasunajtu lil Daphne ma rnexxilkhom. Xtippretendi li perezempju
      tikri binja gebel u saqaf iz-Zejtun ghal wiehed u tletin MIljun Eur.31 M
      u IL kazi ta Steward, Electrogas, artijiiet il-poplu jinghataw biex
      xejn u hadd ma jikxifkhom ? Hekk tridu ? Ghallhekk tridu tkissruh lil min jikxifkhom ?

  5. Bernard Grech l-anqas fil-kazin tal-partit m’inti fdat. Ahseb u ara kemm se jafdak il-poplu Malti u Ghawdxi. Irrezenja. Tkompliex tkisser partit. Kulhadd jaf li bqajt hemm ghall paga. U biex titma l-over inflated ego li ghandek.

  6. x’misthija kif ghandu il wicc jidher u ghid li jrid imexxi lill Malta u li jkun protettur ta zghir u l kbir meta lanqas kapaci tipprotegi lilek innifsek anzi tlaqt tigri il barra qiesu ma gara xejn u spicca qala xebgha ir ragel tal kollega tieghek.SHAME ON YOU

  7. Jien ma nafx lim hi il-verzjoni it-tajba, pero il verzjoni li qrajt jien thejied li ma thalix jithol min ta Delia.

  8. Ifem il bobby qala daqa ta harta min ghand il ministru tal finanzi quddiem nofs il membri tijaw mux kera ukoll waqt il laqa ta reshuffle

  9. Just asking for a friend …. has an investigation by The Malta Police Force being done on the assnult and beating of Noel Mifsud Bonnici Mariah Mifsud Bonnici at Partit Nazzjonalista club at Hamrun during #SanGejtanu Feast after defending Bernard Grech ‘s right of entry to the club by supporter of Mario de Marco ‘s ex-chauffeur ?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *