Aktar dwar il-ħbiberija bejn il-Prim Ministru u l-aħwa Paul u Mark Gauci.
Minn osservatur politiku
Is-Shift News tagħtna storja oħra tal-ħbieb tal-ħbieb tal-Prim Ministru li qed igawdu sew taħt dan il-gvern. Shift news tkellmet dwar l-aħwa Gauci. Skont Shift News dawn ser ikomplu jakkwistaw taħt il-gvern ta’ Robert Abela. J’alla l-ġid lil kulħadd. Shift News qaltilna li dawn il-ħbieb ta’ Robert Abela ser igawdu mir-restorant li ser jinbena fil-ġnien tal-Gżira/Ta’ Xbiex. Dan ir-restaurant ser jgħaddi f’idejn l-operaturi ta’ Ta’ Xbiex yacht marina.
Shift News qaltilna wkoll li dawn in-nies li hemm wara dan il-proġett huma magħrufa sew ġewwa Birkirkara bħala Nazzjonalisti kbar imma issa jidher li saru lejber la darba hemm l-għasel. Infatti Shift News titkellem kif dawn issa saru ukoll ħbieb tal-eks-ministru Chris Cardona.
Tax-Shift News tkellmu dwar il-ħbiberija li hemm l-aħwa Gauci u l-Prim Ministru. Jien nista’ nżid li l-aħwa Pawl u Mark Gauci jiffrikwentaw l-istess gym li jiffrikwenta l-Prim Ministru u martu, jiġifieri l-gym li hemm f’Skypark. Fi kliem ieħor, Mark u Paul Gauci jmorru fl-istess postijiet li jmorru Lydia u Robert Abela, tant li sorsi saħansitra qaluli li Lydia tattendi l-gym fil-kumpanija u fl-istess ħin ta’ Mark Gauci u saħansitra jagħmlu l-classes flimkien.
Mark Gauci u ħuh Paul flimkien ma’ Josie Licari (li jiġi hu Edwina Licari) huwa wieħed mis-sidien tal-gym sky spirit. F’dan l-istess gym jattendi ukoll Robert Abela b’mod regolari. Tant kemm huma ħbieb li ħafna drabi, nhar ta’ ġimgħa, il-Prim Ministru u Lydia jkunu spiss fil-kumpanija ta’ Mark, Paul u Josie Licari jieħdu drink iċ-Civil jew La Bottega ġewwa l-Belt Valletta. Infakkar li l-liġi biex il-mużika tista tibqa’ tindaqq fil-Belt wara l-ħdax saret biex takkomoda is-sidien ta’ dawn il-ħwienet fost l-oħrajn.
Min-naħa tagħha, The Shift qaltilna li meta staqsiet lil Transport Malta dwar dan il-proġett, Transport Malta ma tridx tagħti informazzjoni għaliex huma ser jonfqu mijiet ta’ eluf biex jibnu dan il-proġett b’ristorant miegħu li diġa’ mmarkat li jingħata lill-investituri privati. Dan l-aħħar l-Awtorita’ tal-Ippjanar ħarġet il-permessi neċessarji biex dan il-proġett jitwettaq għalkemm kien hemm petizzjoni u mijiet ta’ oġġezzjonijiet kontra dan il-proġett.
Il-Ministru tat-Trasport, Aaron Farrugia ma jridx jirrispondi mistoqsijiet għaliex dan il-proġett qed jiġi mħallas kollu kemm hu minn fondi pubbliċi u mhux mill-operaturi la jafu li ser jipprivatizzawh. Apparti li mal-uffiċini ser jinbnew bars, ser ikun hemm ukoll restorant li ser ikollu mwejjed ħdejn ix-xifer tal-baħar. Mhux talli il-Ministru Farrugia ma rrispondiex imma donnu hemm ftehim mas-CEO ta’ Transport Malta, Jonathan Borg, li wkoll baqa’ b’fommu sieket għad-domandi ta’ Shift News.
Minn sorsi familjari mal-proġett sirna nafu li l-proġett li ser jara fih xi uffiċini, huwa magħmul b’tali mod li l-iktar ħaġa li ser tispikka u ta’ importanza huwa r-restorant. Jekk wieħed iħares lejn il-pjanti, mill-ewwel jinduna li l-uffiċini qiegħdin hemm biex jiġġustifikaw l-eżistenza tar-restorant li huwa l-ikbar spazju tal-proġett kollu.
Skont dawn l-istess sorsi, l-aħwa Gauci ilhom bil-ħsieb li jakkwistaw din l-art biex ikollhom restorant hemmhekk. U biex jirnexxi żgur kemm il-Prim Ministru kif ukoll l-Awtorita’ tal-Ippjanar ma tawx każ l-oġġezzjonijiet kbar li kien hemm kontra dan il-proġett. L-aqwa li jinqdew il-ħbieb jew il-ħbieb tal-ħbieb.
Fuq kollox, Tax-Shift News tfakkarna li l-aħwa Gauci kienu meqjusin bħala sostenituri tal-Partit Nazzjonalista imma mill-2013 għamlu bħal diversi oħrajn bħalhom u dawru għajnejhom fuq il-Partit Laburista. Fil-fatt huma bdew jikkanvasjaw lil Chris Cardona li kellu miegħu lil Jonathan Attard illum Ministru tal-Ġustizzja. Tant kienet soda din il-ħbiberija li showroom tal-karozzi f’Birkirkara tal-aħwa Gauci ġiet mibdula f’uffiċini u mikrija lill-INDIS Malta li kienet taqa’, dak iż-żmien, taħt ir-responsabilita’ ta’ Chris Cardona.
Kienu jghidu għan-Nazzjonalisti bil-ħbieb tal-ħbieb. Anki taħt dan il-gvern biex timxi u tgawdi trid tkun parti mill-ħbieb tal-ħbieb.

U ALLA JBIEREK ID DINJA DAWN IL HBIEB HUMA L’ISTESS HBIEB LI KELLHOM IL PN , TAL MERAVILJA DAN NIES
Oservatur politicu maqtuh mil listess pezza drapp tar-republica, ta-dun berjuit, tal lovinmalta, tax-shift, tat-t.o.m hu tal-MT. fejn jghaqbillu biex issawat laministrazzjoni jikwota ghanke lizx xitan.