Mhux Salvu Balzan biss jieħu kuntratt mingħand il-gvern. Hemm ħafna oħrajn li jieħdu flus, imma ħadd ma jsemmiehom.
Minn osservatur politiku
Xbajna naqraw stejjer dwar il-kuntratti ta’ PR li qed jieħu Salvu Balzan tal-MaltaToday. Bħallikieku dawn is-sitwazzjonijiet ma kienux jeżistu fil-passat meta tal-Where’s Everybody kienu jieħdu kollox huma waqt li kellhom programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq TVM.
F’Malta ftit huma dawk li jafu jagħmlu PR politiku u nies bħal Lou Bondi u Salvu Balzan huma fost l-aktar imfittxija. Mhux għax il-MaltaToday paladina tal-istejjer ġusti, għax ġieli jiktbu oxxenitajiet li ma jagħmlux sens, imma tiskanta kif il-media mainstream moħħhom f’Salvu Balzan u jinsew players oħra influenti.
Per eżempju kif ħadd ma jistaqsi x’jieħdu mingħand il-Gvern tal-LovinMalta jew tal-MaltaDaily? Dawn ukoll saru influenti. Jew kif ħadd ma jinnota li dawn il-portals jieħdu flus mingħand ċertu MEPs u qatt ma jikkritikawhom?
Kif it-Times u The Shift qatt ma jistaqsu kemm jieħu flus mingħand diversi entitajiet tal-Gvern ħaten Beppe Fenech Adami? Dan għandu xi erba kumpanniji reġistrati u daqqa tisma b’kunċert ġej minn kumpannija X u wara tara programm minn kumpannija Y u kollha jgawdu minn tax-rebates, sponsorships u reklamar galore.
Imma ta’ Salvu Balzan biss jinten waqt li ta’ ħaddieħor ifuħ. U ma ninsewx il-kumpannija ta’ dawk li jaħdmu l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. Dawn jieħdu fondi mill-Kummissarju tal-Films, mill-Arts Council u minn entitajiet oħra.
Mhux ta min kieku l-media mainstream tistaqsi fuq kulħadd u tikxef l-interessi u ħbiberiji ta’ kulħadd? Waqt li tagħmel sew titkellem fuq Salvu Balzan, biex tkun kredibbli, trid titkellem fuq kulħadd.

“Per eżempju kif ħadd ma jistaqsi x’jieħdu mingħand il-Gvern tal-LovinMalta jew tal-MaltaDaily? Jew kif ħadd ma jinnota li dawn il-portals jieħdu flus mingħand ċertu MEPs u qatt ma jikkritikawhom?
Kif it-Times u The Shift qatt ma jistaqsu kemm jieħu flus mingħand diversi entitajiet tal-Gvern ħaten Beppe Fenech Adami?”
FACCIOLISMU SFRENAT!
How come you not on Facebook no more? Your comments were with sense.
you forgot to mention Newsbook and Times of Malta
“ħaten Beppe Fenech Adami? Dan għandu xi erba kumpanniji reġistrati u daqqa tisma b’kunċert ġej minn kumpannija X u wara tara programm minn kumpannija Y u kollha jgawdu minn tax-rebates, sponsorships u reklamar galore”
Interessanti!
“fil-passat meta tal-Where’s Everybody kienu jieħdu kollox huma waqt li kellhom programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq TVM”. Tal PN qatt ma hadu xejn?
“LovinMalta jew tal-MaltaDaily”-jieħdu flus mingħand ċertu MEPs u qatt ma jikkritikawhom?
Interessi biss………The same old story.