Konferenza li tajt illum ġewwa Sassari mogħtija prominenza f’ġurnal lokali

Bħala parti mill-festi li jkunu organizzati ġewwa l-Belt ta’ Sassari f’Sardenja hemm dik magħrufa bħala l-ġarr tal-kandelabri. Dawn jinġarru minn għaqdiet differenti ta’ din il-belt bħala parti mill-festi ta’ Santa Maria. Din hija festa agrarja bi tradizzjonjiet qodma ħafna. Din inbdiet bħala wegħda. Infatti, wara li jispiċċa l-ġarr ta’ dawn il-gandelarbi fil-qamħ fihom, tintuża l-espressjoni li r-reffiegħa ġew maħlula mill-wedgħa.

Bħala parti minn din il-festa, Monsinjur Gian Franco Saba, l-arċisqof ta’ din il-belt organizza l-laqgħa li għalija attendu l-awtoritajiet ċivili u n-nies inġenerali u fiha jkun hemm diskors akkademiku marbut ma’ din il-festa. Din is-sena ġejt mistieden jien biex nagħmel dan id-diskors akkademiku. Dan kien anki mxandar fil-ġurnali lokali u mogħti prominenza ġewwa Sassari mill-media lokali.

5 thoughts on “Konferenza li tajt illum ġewwa Sassari mogħtija prominenza f’ġurnal lokali

    1. L’uso del termine “donna” nei Vangeli
      come riferimento a Maria: un paradosso interculturale e interreligioso da riproporre all’umanità moderna.

  1. Prosit profs – hasra li dawn it-tip ta’ lectures (inkluz dak li tajt Ghawdex) mhumiex rekordjati u mxandra fuq dan is-sit.

  2. Prosit Profs Mercieca. Nies bhalek jaghmlulna unur mal-barranin. Sib mezz kif tedukana, Lili wiehed minnhom. Poplu zghir iffragmentat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *