PMnews iwaqqfu t-trasmissjonijiet tagħhom minħabba kawża li nfetħet fil-qorti nstigat minn Silvan Agius li jaħdem l-Ewropa ma’ Helena Dalli
Minn Edwin Vassallo
Huwa każ ta’ qtigħ il-qalb tisma’ li tal-PMNews ser ikollhom iwaqqfu t-trasmissjonijiet tagħhom minħabba kawża fil-qorti kontriehomli ġiet instigata minn Silvan Agius wara li dan l-istazzjon intervista lil Matthew Grech u Grech qal li hu ma baqax gay wara li tlaqa’ ma’ Kristu. Dan il-fatt wassal biex infetħet kawża kontra Mario Camilleri u Rita Bonnici, li huma l-propjetarji ta’ PMNews fil-qorti. Dan il-fatt li stazzjoni żgħir, li forsi ftit semgħu bih, qed jagħlaq minħabba din il-kawża jixhed kemm il-liberta’ tal-espressjoni hija tassew mhedda f’pajjiżna. U din hija mhedda minn dawk li jiftaħru l-aktar li huma l-veru paladin tal-liberta’.
PMnews kellu programm ippreżentat minn Mario Camilleri u Rita Bonnici, li kif għidtx huma wkoll il-propjetarji ta’ dan l-istazzjon. Issa wieħed jifhem għala din l-intervista ma’ Matthew Grech spiċċat każ ċelebri fejn xi persuni f’daqqa waħda bdew jgħajtu li ġew offiżi personalment b’dak li semmgħu jgħid Matthew Grech. Kontra dawk li nstigaw din il-kawża, jiġifieri Silvan Agius u sieħbu li ftaħar fil-qorti li hu queer u l-avukat li hemm warajhom, Mario Camilleri u Rita Bonnici kienu jemmnu fil-free press. Huma organizzaw media biex tippromovi it-tixrid tal-kelma bla censura bħal ma qed jagħmel dan s-sit li qiegħed nikteb fuqu u li huwa ta’ Simon Mercieca. Allaħares f’pajjiżna ma hawnx is-sit ta’ Simon Mercieca għaliex wara li għalaq PMNews, ma baqax siti oħra fejn wieħed jista’ jikteb bla ċensura. Mingħajr siti bħal dawn, kull ma jibqa’ hija l-media tal-establishment li issa ħiereġ ċar li hija mħallsa mill-gvern tal-ġurnata, bil-ġurnalisti tagħha jirċievu l-flus u l-gvern jagħmilhom klawsoli biex ma jikxfux kemm qed jagħtihom.
Illum dawn is-siti huma fi ġellieda għal-liberta’ f’pajjiżna. Spiċċa żmien ta’ Mintoff fejn il-ġurnalisti kienu jiġu attakkati bil-ġebel u l-ponnijiet. Issa qed jiġu attakkati fil-qrati tagħna grazzi għal-liġijiet liberali li għadda dan il-gvern maqbula mill-Oppożizzjoni. B’hekk f’pajjiżna sar għandna establishment politiku wieħed li japprova liġijiet favur ‘l hekk imsejħa ugwaljanza u liberta’ li l-funzjoni tagħhom fil-prattika hija l-kuntrarju għal dak li uffiċjalment inħolqu.
Illum spiċċajna niftaħru kemm f’pajjiżna għandna politiċi liberali u woke. Imma dawn il-politiċi huma liberali biss ma’ min jaqbel magħhom u totalitarji ma min ma jaqbilx maghhom. Jew magħhom jew xejn. Għandna ġurnalisti li jekk tkun nisrani fil-politika jgħidulek li int “dinosawru ” u ssib il-media tal-knisja kattoloka tappoġġjahom. Imbagħad dawn huma wkoll totalitarji ma’ min ma jaqbilx magħhom. Għalhekk dawn il-ġurnalisti liberali jgħoġbuhom dawn il-politiċi għaliex birds of the same feather flock together jew kif ngħidu bil-Malti, ma’ min rajtek xebbaħtek.
Għandna politiċi li jmexxu s-segwaċi tagħhom, kemm jekk fuq il-Facebook u kemm jekk fit-triq, daqs li kieku qed imexxu dittatura. Kif kien jgħid Mintoff, “min mhux magħna, kontra tagħna”. Dan pajjiż li min ma jaqbilx ma min imexxi l-aġenda nazzjonali jiġi kkanċellat. Dan hu l-valur kbir li llum qed tagħtina l-Ewropa. Dan hu pajjiż fejn illum ma għadx hawn l-interdett. Minflok għandna l-cancel culture. Din taħdem agħar mill-interdett għaliex taħdem f’qafas legali ta’ liġijiet mgħoddija mill-istat sekulari.
Qiegħed nikteb dan biex nagħmel kuraġġ lil kull min għandu għal qalbu l-liberta’ tal-espressjoni biex jibqa’ jaħdem u jitkellem għaliex hekk biss nistgħu nżommu l-liberta ħielsa miċ-ċensura ta’ min jikkmanda. Qiegħed nikteb hekk għaliex f’pajjiżna l-liberta’ tal-espressjoni hija liberta’ finta, liberta falza. Qatt ma kienet mhedda l-liberta’ daqs illum. Taħt Mintoff kien hemm oppożizzjoni. Illum din l-oppożizzjoni tinsab mal-gvern u l-qrati qed joħonqu l-ħsieb ħieles kif is-sentenza tal-qorti tal-appell kontra Fr. David Muscat turina. Qiegħed nikteb dan kollu għax nemmen li f’pajjiżna l-liberta’ tal-espressjoni għandha verament tkun rispettata.

Iva Allahares f’pajjizna ma hawnx is-sit ta Simon Mercieca ghax kiku int u nofs tuzzana ohara b’halek li warabhom kullhad ma jibqalkhomx fejn tkmplu bil doom and gloom ta mohkhom.
sadanittant int l-ewwel wiehed tigi taqra x’jinkiteb hawn.
“I” can’t live without this blog because it speaks the truth to him. Truth may be hard to digest but it does a world of good.
mid-dehra thobba d-dittatura int. Jaqaw xi general minn tad-dittatur?