Matthew Xuereb tat-Times jiffirma karta mal-Gvern biex ma jikxif kemm dan l-istess gvern, li hu jgħajjar korrott, kien qed jagħtih flus
Minn osservatur politiku
Qed nagħmel referenza għall-artiklu miktub f’dan is-sit taħt it-titlu ta’ “Ġurnalisti hekk imsejħa indipendenti jużaw il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia biex idawru lira tajba minn fuq dahar il-Gvern”. Shift News tatna konferma li dawn il-ġurnalisti ammettew li ġew imħallsa mill-Gvern biex jagħtu dan il-ħin tagħhom fuq il-Kumitat.
Apparti li kien hemm informazzjoni li Saviour Balzan tħallas €15,000. L-iktar li jidher stramb u ikrah huwa l-fatt li fost il-ġurnalisti kien hemm Matthew Xuereb. Dan huwa ġurnalist tat-Times of Malta. Issa aħna nafu li dan il-ġurnal tal-kuljum u kull nhar ta’ Ħadd jiftaħar li juża t-trasparenza bħala parti mill-politika tiegħu. Imma f’dan il-każ ma tantx jidher li kien hemm trasparenza.
Xi ħaġa li tidher ftit iżjed antipatika hija li Matthew Xuereb huwa l-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti. Dan ħa l-flus, jiġifieri qed imexxi bl-eżempju tiegħu. Imma barra minn hekk dan il-ġurnalist u President tal-Istitut tal-Ġurnalisti ffirma “non-disclosure” bħal ma ffirmaw it-tliet ġurnalisti l-oħra li pparteċipaw f’dan il-kumitat.
Hija xi ħaġa li tiskantak li ġurnalist tat-Times li jippriedkaw, kif diġa’ għidt, it-trasparenza jasal biex jiffirma non-disclosure mal-Gvern. Mela kif nistgħu nifhmu li dan il-ġurnalist ikun lest li jikkritika lill-Gvern mingħajr ma jkollu xi ħaġa li tista’ b’xi mod twaqqfu milli jagħmel dan? Mela wieħed jistaqsi, meta tiffirma non disclosure mal-Gvern, dan ikun qed jillimitalek il-kritika tiegħek fuq l-istess Gvern? Għax jekk hu hekk allura veru li dan il-pajjiż sejjer lura bħal granċ.

The role of a professional Maltese journalist is never appreciated fully. His role is to sell his soul to the highest bidder. The government has an unlimited amount of money and this keeps our newspapers in the government’s bed.