Lara Dimitrijevic tgħid li hemm divjit biex kawża li tikkonċerna klijenta tagħha, li hija maġistrata, ma tixxandarx fil-media imma ma tipprovdi l-ebda dokument.
Minn osservatur politiku.
Il-media ġiet imwaqqfa milli tirraporta dwar kawżi kriminali li għaddejjin bħalissa fejn il-pulizija mexxiet kontra żewġ membri tal-ġudikatura. Il-Maġistrat Lia u r-raġel tagħha għaddejjin b’kawżi l-qorti u Shift News kienet qed tirraporta dak li joħroġ minn dawn l-istess kawżi. L-avukat li jirrapreżenta lill-Maġistrat Lia ordnat lil Shift News biex ineħħu l-artikoli li jikkonċernaw il-klient tagħha minħabba digriet mill-qorti.
Skont l-Avukat Lara Dimitrijevic, li hija l-avukata li qed tidher għall-Maġistrata Lia, qalet li l-Maġistrat Lara Lanfranco, li qed tisma’ l-każ, aċċettat it-talba tal-Maġistrat Lia biex jgħalqu ħalq il-media u ma ħallietx li jsiru rapporti fuq il-proċeduri li għaddejjin bejn il-maġistrat Lia u r-raġel tagħha. Meta l-avukat Dimitrijevic intalbet turi id-digriet tal-qorti biex jieqfu dawn ir-rapporti hija ma rrispondietx. Lanqas qalet fuq liema kriterju legali twaqqfu dawn ir-rapporti.
L-avukati ta’ Shift News qalu lil Dimitrijevic li medja tagħhom ma ġietx infurmata dwar dan id-digriet. U peress li Shift News ma għamlitx rapporti direttament mill-awla, allura d-digriet ma jindirizzax l-artikoli li diġa’ nkitbu. Barra minn hekk l-avukati ta’ Shift News qalu li waqt li huma jirrispettaw kwalunkwe deċiżjoni mill-qorti, mhux ser ineħħu l-artikoli miktuba dwar dan il-ġlied bejn il-kopja Lia, li kellu effett fuq l-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Dan jidher li affettwa l-ħidma tal-Maġistrat Lia li dehret il-qorti darba biss f’dawn l-aħħar ħmistax il-ġurnata. Fil-fatt l-aħħar sessjoni ta’ xogħol tagħha kienet fl-20 ta’ Lulju. Barra minn hekk ma kien hemm ebda sessjoni quddiem l-Kummissarju tal-Ġustizzjaf’dan l-aħħar xahar minħabba li r-raġel tagħha jpoġġi fuqha.
Skond esperti legali biex id-digriet in kwistjoni jiġi validat irid ikun hemm informazzjoni lill-media u lill-pubbliku mingħand ir-reġistratur tal-qorti. Ried ikun hemm ukoll kopja tad-digriet imwaħħla fin-notice board tal-qorti biex dan id-digriet ikun validu, xi ħaġa li ma saritx.
Ta’ min wieħed jikkontendi li għalkemm il-Prim Imħallef u l-Ministru tal-Ġustizzja ġew infurmati bid-dewmien li jista’ jinħoloq minħabba dawn il-kawżi li għaddejjin bejn il-kopja Lia, ebda miżura konkreta ma ttieħdet sa issa. Waqt li għaddej dan l-inkwiet bejn il-kopja fil-qorti, terzi persuni qed ibatu l-konsegwenzi minħabba divjeti li qed isiru. Il-Prim Imħallef għandu s-seta’ bil-qorti li jneħħi kawżi minn idejn il-Maġistrat u jgħaddihom għand maġistrat ieħor.
L-Avukat Lara Dimitrijevic mimlija biha nnifisha, qisha buzzieqa tal-awrina. Il-Mulej jehliesna minn mexxejja bhalha.
min jaf kieku Manwel Delia jikteb il love storieS tieghu hux . hu wkoll persuna pubblika kien u ghadu