In-nies tat-tieni distrett iħossuhom ittrattati ta’ ċittadini tat-tieni klassi u jgħidu li “biċċa” ministru jieħu ħsieb id-distrett tiegħu aktar mill-Prim Ministru jieħu ħsieb dawk tiegħu.

Minn Nimrod.

Qed nippubblika ftit ritratti biex nuri li l-ambjent li fih jgħixu nnies fin-naħa t’isfel ta’ Malta u kif dan hu differenti mill-ambjent li fih jgħixu n-nies fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Fi kliem sempliċi, in-nies tas-south qed jiġu ttrattati differenti minn-nies li jgħixu fin-north.

Ftit tal-jiem ilu ġie nawgurat il-beleveder ġdid ġewwa l-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar. Sew għamel il-gvern li nvesta f’din il-lokalita’. Mir-ritratti pprovduti fil-media, jidher li dan hu belveder li ġie sabiħ ħafna u ċert li se jitgawda mit-taxpayers li jgħixu f’dawk l-akkwati.

Allura nistaqsi għaliex in-nies tas-South, b’mod partikulari in-nies li jgħixu x-Xgħajra m’humiex ittrattati bl-istess mod? Mhux l-istess baħar u veduti għandhom? Anki aħna għandna lokalita’ quddiem il-baħar li hija sabiħa. Imma minflok Belveder il-ġmiel tiegħu hemm telqa’ kbira. L-aħħar proġett li sar f’din il-lokalita’ kien taħt Lawrence Gonzi, imma lanqas jibda’ ħdejn dak ta’ San Pawl il-Baħar. Dan ir-ritratt ta’ hawn taħt jitkellem waħdu l-istat li tinsab fih din il-lokalita’.

Nifhem li l-Ministru Clayton Bartolo jikkontesta fuq San Pawl il-Baħar u allura jimbotta proġetti fid-distretti tiegħu. Imma ninsab ċert li llum ma jafx fejn tinsab ix-Xgħajra u l-anqas jimpurtah minnha, għax kieku ma jħallihiex f’dan l-istat.

Infakkar li sar tant ftaħir meta Robert Abela laħaq Prim Ministru fejn kien intqal li t-tieni distrett mhux ministru għandu iżda Prim Ministru. Imma jidher li llum aħjar ikollok “biċċa” ministru milli Prim Ministru fid-distrett tiegħek għaliex forsi ssir xi ħaġa. Ara aħna n-nies tax-Xgħajra tellajna Prim Ministru u spiċċajna fi stat ta’ abbandun. In-nies ta’ San Pawl il-Baħar tellgħu “biċċa” ministru u spiċċaw bi proġetti l-ġmiel tagħhom.

Milli jidher lanqas Robert Abela ma jaf fejn tinsab ix-Xgħajra. Sfotunatament il-kunsilliera Laburisti ta’ din il-lokalita’ b’ħalqhom magħluq quddiem dawn l-affarijiet kollha, għax trid tkun bla demm biex tara aħbar bħal din u ma tlissinx imqar kelma waħda fuq l-istat diżastruż li tinsab fih din il-lokalita’ li għal ġieħna hija lokalita’ fuq id-distrett tal-Prim Ministru. Is-South itella’ l-Lejber biex isawtu u biex mill-voti tiegħu jgawdu dawk tan-naħa ta’ fuq ta’ Malta u huwa jibqa’ bir-riħa. Verament tal-mistħija.

Għalhekk nistaqsi lil min qara dan l-artiklu jekk jaħsibx li t-taxpayers ġewwa s-South huma stmati bl-istess mod bħat-taxpayers ġewwa n-North? Ir-ritratti jitkellmu waħidhom.

Hawn taħt qed inġib ritratti li juru l-bankina jew aħjar il-promenade ġewwa x-Xgħajra. X’differenza minn dik ta’ San Pawl il-Baħar! Fir-ritratti ta’ hawn taħt juru t-telqa li tinsab fiha x-Xgħajra, distrett li fuqu jiġi elett il-Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż.

5 thoughts on “In-nies tat-tieni distrett iħossuhom ittrattati ta’ ċittadini tat-tieni klassi u jgħidu li “biċċa” ministru jieħu ħsieb id-distrett tiegħu aktar mill-Prim Ministru jieħu ħsieb dawk tiegħu.

  1. Sorry Nimrod but you are wrong here. St. Paul’s Bay is not just that 150 metre strip that was pompously inaugurated. That strip is beautiful. But the remaining 5 km of promenade are in a state much worse than your pics portray. The areas around Beachhaven and Veccia are dirty. School Street promenade – Thalassalejn – are a complete filthy disgrace. Only the Bugibba promenade is regularly swept. Believe me most of this town is in a shambles. The Senglea / Cospicua / Vittoriosa fronts are just a dream for those who live in SPB. I have family living there, so I know what I am saying.

  2. Nixtieq ngħid lil “Nimrod”, li dak li kiteb għandu raġun biex ibigħ, għax anke r-ritratti li ppubblika juru delqa tremenda. Jekk imur sal-ġnien ta’ San Anton f’Ħ’Attard, hemmhekk mhux telqa jara imma diżastru, speċjalment ċerti passaġġi, li waqt li timxi fuqhom, jaqbillek iżżomm kuruna tar-rużarju f’idejk, forsi xi qaddis jgħinek ħalli ma tispiċċax wiċċek ‘il fuq Mater Dei. Min hu nkarigat minn dan il-ġnien, malajr solviha l-problema għax fejn hemm passaġġi agħar minn wiċċ il-qamar, għamel barrikati biex ħadd ma jgħaddi minnhom għax perikulużi! Dan ifisser li dan il-ġnien flok kiber ċkien! Issa dan kull filgħodu, jekk jogħġbok, tara xi erba’ coaches ħdejn dan il-ġnien, li jkun wassal għadd ta’ turisti biex iżuru dan il-ġnien! Naħseb meta joħorġu minn hemm, jippruvaw it-temperatura tad-deni għax ma jibdewx iħossuhom f’sikkithom! Int u dieħel f’dan il-ġnien, fuq ir-rixtellu hemm żewġ iljuni tal-ġebel, wieħed minnhom m’għadux jidher, mhux għax serquh, imma għax tant kiber ħaxix miegħu li sparixxa. Biex issib bank biex tpoġġi ftit bilqegħdha, l-ewwel trid titlob lil Sant’Antnin, dak il-qaddis li jgħidu jsib l-affarijiet mitlufin. Ftit snin ilu, Ministru kien qalilna li se jitpoġġew bankijiet ġodda madwar il-ġnien kollu. Sakemm qiegħed nikteb, dawn l-imberkin bankijiet għadhom ma tfaċċawx. Min jaf x’ġara, forsi l-vapur li kien ġej bihom għereq? Il-ftit bankijiet li hemm tant huma komdi, li ħafna jieħdu magħhom imħadda biex ipoġġuha taħthom!! Xi kultant ngħid lili nnifsi, imma possibbli din it-traskuraġni jien BISS naraha, mela kulħadd bla indifferenti? Ħaġa hemm tajba u nixtieq ngħidilhom prosit lil dawk il-ħaddiema li jieħdu ħsieb iħawwlu l-pjanti u jikkultivaw il-ħamrija, għax veru ħaddiema ddedikati għax-xogħol tagħhom, għax bil-ħidma tagħhom, almenu jittaffew xi ftit in-nuqqasijiet l-oħra. L-ewwel nieħdu ħsieb li għandna, imbagħad noħolqu postijiet ġodda. Għalija u għal ħafna, dan il-ġnien huwa ġawhra ħasra li ma nieħdux ħsiebu.

    1. And what about Upper Barrakka gardens? The large pond has been without water for months on end and this is a place visited daily by many tourists!

      1. Dik il-vaska tal-Barrakka ta’ Fuq tinsab mingħajr ilma, għax ilha ma tagħmel xita. Issa nitolbu ftit, forsi jitla’ ftit sħab u tagħmel xi ħalba tajba. Sorry, ħadt żball, għax insejt li qegħdin fix-xahar t’Awwissu, għax is-soltu nitolbu għax-xita f’Diċembru u Jannar! X’tippretendi f’dawn ix-xhur, xemx tiżreġ?

  3. Ghax ghal Clayton Bartolo, is-south m’huwiex ikkunsidrat bhala Zona Turistika. Clayton Bartolo irid biss li z-zoni tad-distretti tieghu jidhru attraenti halli t-turisti (minghalih) imorru hemm fuq biss, halli tal-lukandi u tar-ristoranti ikunu kuntenti u jkunu jistghu jghinuh la tasal elezzjoni ohra. Innutaw:

    1. Pjazza tal-mellieha
    2. Progett ta’ l-Ghadira
    3. Rigenerazzjoni ta’ Bugibba
    4. Promenade tax-Xemxija
    5. Promenade ta’ San Pawl il-Bahar
    6. Kazin tal-banda tan-Naxxar, tal-Mellieha, ta’ Birkirkara

    U l-Kottonera? U Wied il-Ghajn? U l-Belt Valletta? U tas-Sliema? U San Giljan? u x-Xghajra?

    Tfal u Pozi!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *