U-turn oħra mill-Prim Ministru

Fil-media kellna l-istorja li d-deputat Laburista, Chris Agius. Dan ġie appuntat bħala chairman tal-Yachting Malta. Mhux ser nidħol fil-mertu ta’ dan l-appointment, anki jekk wieħed ma jistax ma jinnotax li hu wieħed politiku. Biss dan l-appointment jikkonferma li lPrim Ministru qiegħed f’diffikulta’ politika. Chris Agius kien wieħed minn ta’ Robert Abela matul it-tiġrija ta’ dan tal-aħħar biex isir kap tal-Partit Laburista. Imma ġara li wara li Robert Abela sar prim ministru, iddeċida li lil Chris Agius ma jagħtih xejn. Infatti kif leħaq Prim Ministru, Robert Abela kien bagħat għal Chris Agius Kastilja. Agius ħaseb li kien ser joffrilu xi ministeru. Minflok, il-Prim Ministru għorok idejh u qallu ċar li ma kellu xejn għalih. Din kienet demotion għal Agius, għaliex taħt Muscat, kien segretarju parlamentari. B’hekk meta mar lura Bormla, din l-aħħar intlaqgħet ħażin ħafna.

Fuq kollox, Robert Abela kien jinsisti li dawk li jispiċċaw minn xi ministeru u jispiċċaw backbenchers ma jingħatalhom xejn. L-istess jgħodd għal kull min hu fil-backbench. Infatti fost il-grupp parlamentari Laburista, hu magħruf li Robert Abela kien adamant li ma jagħti xejn lil ħadd, jiġifieri li dawk li jispiċċaw backbenchers ma jkollhomx karigi oħra. Mela b’din l-għażla ta’ Agius għandna tibdil ta’ rotta.

Ir-raġuni, kif naraha jien, hija li l-Prim Ministru qed jinduna li għandu wisq Laburisti kontra tiegħu. Il-fatt li ma ta xejn lil Chris Agius ma tantx niżlet tajjeb fil-lokalita’ fejn joqgħod. Imma din l-għażla li jagħmlu Chairman tal-Yachting Malta ser ikollha riperkussjonijiet fuq il-backbenchers l-oħra. Issa kif qed jagħti lil Agius pożizzjoni, ser ikollu jibda’ jagħti lill-oħrajn ukoll.

Dan kollu jmur kontra dak li qalu tal-Venice Commission li f’Malta jkunu kkwotati qieshom xi vanġelu. Fuq kollox, din il-u-turn tikkonferma li hemm prim ministru f’paniku.

One thought on “U-turn oħra mill-Prim Ministru

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *