Il-floating voters iridu jiġu trattati bi prijorita’ selettiva.
Minn Hermann Farrugia
Id-deputat Nazzjonalista, David Carabott MP, kiteb li l-kwalita’ tad-diskussjoni fil-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qatt ma kienet daqshekk formidabbli, tant li ddeskrivieha bħala ‘phenomenal’. Jekk bħalissa tabilħaqq jeżisti DIBATTITU u anke DJALOGU intelligenti, saħansitra ‘FENOMENALI’, kif ġie deskritt fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, żgur li messaġġ bħal dan m’għandux għax jibqa’ jaqa’ fuq widnejn torox fejn għandha x’taqsam ‘il-Marketing strategy’ tal-Media tal-PN.
Mingħajr ma tonqsu milli tibqgħu tentużjażmaw lill-massa KONVINTA’ u tibqgħu tħeġġu u tikkonsolidaw lill-qafas STABBLI, għandkom tibdew TITTRATTAW bi prijorita’ selettiva massima lill-faxx dejjem jikber ta’ eletturi VOLATILI.
Dawn il-votanti minn żmien għal żmien jittawlu u iħufu madwar l-Istazzjon televiżiv u anke biswit ir-radju. Minn hawn u minn hemm, lesti jibdew jiddraw jassoćjaw ruħhom mal-kummentarju li jkun qed jixxandar, kemm waqt il-bulettini tal-aħbarijiet u saħansitra waqt xandiriet ta’ diskussjoni purament dwar il-politika. U bil-mod il-mod, kull informazzjoni VERITIERA u pjuttost BILANĆJATA, tibda sewwasew tinfiltra ruħha, l-ewwel fl-imħuħ mod-erati. U sottilment il-messaġġ jaf ukoll jasal u jheżżeż il-qlub sinćiera tal-indećiżi.
Basta dawn l-eletturi jifhmu li qed jiġu ittrattati b’intelligenza, bi prudenza u b’konsistenza fis-sugu tal-fatti u l-interpretazzjoni tal-ħsieb wara l-messaġġ li ikunu qed jirċievu.
Mela Benard Grech Issa jaqbillu idaħħalha f’ras il-Grupp Parlamentari u naturalment d-dirigenza tal-fergħa tal-kommunikazzjoni tal-parti li l-elettur ‘FLOTTANT’ huwa bħas-saff ta’ fuq nett tal-Ilma baħar ta’ madwarna. Minnufih volatili, lest biex jevapora fl-ajru biex jerġa’ isir ċpar u sħab qabel ma jasal ċiklu naturali ġdid. Illum minn dawn jeżistu eluf kbar, Niftakru kif dal-proćess jgħodd fix-xitwa kif wkoll waqt il-qilla tas-sħana tax-xemx sajfija. Jiġifieri, ikun xi jkun l-istaġun (politiku) tal-madwar, dawn il-votanti flottanti iridu jiġu ttrattati bi prijorita’ selettiva. .

This is a brilliant analysis of what is sorely lacking in the party’s strategy.
L-ewwel ma jrid jaghmel Bernard Grech hu li jibda hu stess jitlob skuza lil dawk li warrabhom, irmijhom ghax skond hu “kienu skaduti”. L-aktar haga importanti li messu tghallem Bernard Grech hu li meta tkun tiela l’fuq trid titrata in-nies b’rispett ghax int u niezel se terga tiltaqa maghhom. Min jizra l hdura, il mibgheda u l-firda ma jistax jahsad il-paci.
Dawk jissejħu “floating voters” mhux għax ma jafux lil min se jivvotaw, imma għax meta ġew mistoqsija lil min jivvotaw jekk issir elezzjoni għada, dawn ma riedux juru t-twemmin politiku tagħhom, allura wieġbu “ma nafx”! Anke l-oħrajn li jgħidu li mhux se jivvotaw, ħafna minnhom meta tasal l-għażla jiddeċiedu li jmorru jitfgħu l-vot tagħhom. Għax dawn ħafna minnhom ikunu votanti, li jew ippretendew xi ħaġa… xi ħaġ’oħra… u anke xi ħaġ’oħra… u forsi ħadu waħda biss, għalhekk jibdew “jheddu” li ma jivvutawx għax it-tnejn l-oħra ma rnexxielhomx jieħduhom! Dawn ħafna minnhom aktarx li jivvutaw, ħalli jekk jerġa’ jitla’ l-partit tagħhom jerġgħu jippruvaw “jistadu t-tieni darba”. “Ask not what your country can do for you, ask what you can do for your country – John F. Kennedy. Kliem tad-deheb, imma żgur mhux lilna kien qiegħed jgħid.