Justin Schembri jgħajjar lil Edwin Vassallo giddieb talli kkritika lill-partitarji ta’ Metsola: Lest Schembri jiċħad li hu fil-grupp ta’ Roberta Metsola fil-PN?

Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri għamilli sfida. Qalli biex ngħid fejn hu qal li Roberta Metsola għandna toħroġ waħidha. Jien nilqa’ l-isfida tiegħu u nistaqsih jekk hux veru li hu wieħed mis-supporters tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Ovvjament, għandu kull dritt li bħala deputat ikun wara Metsola. Ma hemm xejn ħażin f’dan. Kull partit ikollu l-kurrenti tiegħu. Imma jekk hu wara Metsola, naħseb li jien korrett li hu wara l-pożizzjoni liberali li ser tkun qed tieħu f’każ li tikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-PN. U din ġa ġiet espress minn ta’ The Times.

Fuq kollox, Justin Schembri qal li qed jirribatti l-gideb ta’ Edwin Vassallo. Hu interessanti jgħid fejn Edwin Vassallo gideb. Infakkar li Justin Schembri huwa l-kelliem tal-oppożizzjoni għall-edukazzjoni u tant hu edukat li issa spiċċa jgħajjar lil Edwin Vassallo bil-pulit giddieb! Kull ma ngħidlu li lili ma jiddejjaqni xejn li jitkellem kif qed jitkellem fuqi, imma l-messaġġ li qed jibgħat hu li ma għandux tolleranza għal min jaħseb differenti minnu.

Fuq kollox nistaqsih lil Justin Schembri jekk hux veru li fil-kampanja li kien hemm kontra Adrian Delia, Metsola ma kkontestax għaliex riedet toħroġ waħidha kontra Adrian Delia. Bernard Grech iddeċida li joħroġ xorta u hija ma ħarġitx. Issa kulħadd jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.

Dak li ngħid lil Justin Schembri li aħjar jiffoka fuq l-edukazzjoni, għaliex bħala kelliem tal-edukazzjoni qed jagħti l-impressjoni li hu favur l-politika tal-woke f’dan il-qasam. Dak li hu żgur li ma tantx jitkellem kontra din l-indottrinazzjoni tal-generu li għaddejja minn dan il-gvern fil-qasam edukattiv.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *