Clyde Caruana ma għandux risponsabbli tal-Malita wara l-ġlieda bl-idejn mal-Prim Ministru waqt laqgħa tal-kabinett.
The Times tatna l-aħbar li l-Ministru Clyde Caruana tneħħielu r-responsabbilita’ tal-Malta Investiments jew kif inhija aħjar magħrufa bħala l-Malita. Din ser tingħata lil Roderick Galdes. Fil-fatt dawn ir-responsabbilitajiet ġa tneħħewlu u ngħataw lil Galdes, bl-iskuża li din issa ser tintuża għall-bini tal-housing estates.
Hu fatt magħruf li l-Prim Ministru qed isejjaħ lill-ministri biex jiddiskuti magħhom il-bżonn ta’ reshuffle li jrid jagħmel imma ħafna ministri qed jirreżistu u qed jgħidulu li ma jridux jiċċaqalqu. B’hekk kif ħabbar dan is-sit, ser ikun diffiċli għall-Prim Ministru biex jagħmel reshuffle.
Fost dawk li għajjat kien hemm Clyde Caruana. Caruana rreżista u l-battibekk li kellhom bejnithom tkompla waqt cabinet meeting. Tant kemm saħnet il-qiegħa, li dawn spiċċaw ġew fl-idejn u kellhom jintervjenu l-messaġġiera biex jifirduhom u jikkalmaw is-sitwazzjoni. Ħafna ministri tal-gvern qed jitkellmu dwar din il-ġlieda apertament.
Wara din il-ġlieda, il-Prim Ministru ddeċida li jneħħi l-Malita minn taħt Clyde Caruana. Din ħarġet f’The Times. Dan is-sit jista’ jżid ukoll li dan seħħ mill-ġimgħa l-oħra. Fi kliem ieħor, Clyde Caruana ma għadux aktar il-ministru risponsabbli mill-Malta Investiments u din issa għaddiet għand Roderick Galdes. Fost il-proġetti li għamlet il-Malita hemm il-bini tal-Parlament.

It’s not just men letting off steam. The movie Indiana Jones and the Dial of Destiny is having its effect on Maltese audiences. Incidentally, those who are secure in themselves don’t need to bully.
Il-Prim Ministru huwa mistenni minn bosta li għandu jagħmel reshuffle. Ministri li għajjew, skadew u spiċċaw spiss jissemmew għall-ħażin aktar milli għat-tajjeb!!! Ir-rabja għalihom hija kbira. Jekk il-PM irid li jinġabar fl-elezzjonijiet li ġejjin f’Ġunju li ġew għandu jdaħħal bosta uċuħ ġodda. Għandu jkoll jisma’ ħafna aktar x’qed jgħidu n-nies. Il-pajjiż ma jitmexxix bil-legaliżmi imma b’politika u viżjoni ċara. Legalment jista’ jkollok raġun mija fil-mija imma politikament tidher insensittiv! L-avvenimenti riċenti wrew dan!!!