Beppe Fenech Adami jistieden ruħu b’idejh ħa jieħu safra b’xejn minn fuq l-istat Malti għall-Amerika.
Ftit tal-jiem ilu kellna press release tad-DOI. Fiha deher il-Ministru tal-Affarijiet Barranin sejjer lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ħalli jiftaħ l-Ambaxxata ta’ New York. Fiha hemm rappreżentant tal-gvern, Glenn Bedingfield. Imma f’din id-delegazzjoni mar wkoll Beppe Fenech Adami. Fenech Adami mar għaliex hu l kelliem tal-Oppożizzjoni għall-affarijiet barranin. Imma nistaqsi hija il-prassi li kull darba li tinfetaħ xi ambaxxata Maltija x’imkien, tmur delegazzjoni uffiċjali magħmula minn rappreżentant tal-Oppożizzjoni u anki rappreżentant tal-gvern jew din hija l-ewwel darba?
Dak li jrid jingħad li Beppe Fenech Adami stieden ruħu b’idejh biex jieħu safra b’xejn sal-Amerika. Hu talab jew aħjar tkarrab lill-Ministru Ian Borg biex jieħdu miegħu għal ftuħ tal-ambaxxata Maltija fi New York għaliex huwa l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin. Kull ma kien jonqsu jagħmel Beppe Fenech Adami kien li jinżel għarkubbtejh u jilqa’ ż-żarbun tal-Ministru Borg biex jieħdu miegħu. U tafu intom. Għandna gvern kattiv u bla qalb u qallu iva!!!
Issa tiskantaw meta nies japproċjaw xi ministru għal xi pjaċir. Dan jagħmluh il-kelliema tal-Oppożizzjoni, ibda minn Beppe Fenech Adami nnifsu! Imbagħad, minħabba din it-talba, il-gvern ħa l-okkazzjoni biex jieħu rappreżentat min-naħa tal-gvern, jiġifieri lil Glenn Bedingfield.
Mela, għandna Oppożizzjoni li tgħajjar lil dan il-gvern korrott. Għandha Oppożizzjoni li tgħajjar li dan hu gvern li qed jisraq lill-poplu Malti u fejn trid u tista’ din l-Oppożizzjoni tara kif tagħmel biex tisloħ xi safra mingħand dan il-Gvern.
Infakkar li Beppe Fenech Adami kien fi grupp tal-Partit Nazzjonalista li kien jgħajjar lil Adrian Delia bħala “the elephant in the room”. Immaġinaw li kieku xi ħaġa bħal din għamilha Adrian Delia u tkarrab lil xi ministru tal-gvern biex jagħtih xi safar b’xejn, kieku kienet tkun fuq il-gazzetti kollha, b’Jacob Borg jagħtihielna fuq quddiem u l-media tal-knisja tfakkar lill-fidili tagħha x’għarukaża ta’ Oppożizzjoni għandna b’xi Joe Borg jmexxi xi intervista!
Infakkar li Beppe Fenech Adami hu biċċa waħda mar-Repubblichini u n-nies ta’ Daphne. Imma fejn jistgħu, dawk il-kelliema tal-oppożizzjoni, li huma biċċa waħda mar-Repubblichini, jieħdu xi safar b’xejn minn fuq dahar il-gvern u ma jiddejqux.
Dan li jista’ jingħad li Beppe Fenech Adami mhux sejjer biss New York, imma ser ikompli għaddej bil-Holiday galore tiegħu minn fuq l-istat Malti u sejjer Washington D.C, kollox imħallas mit-taxxi tagħna għaliex tafu intom għandna gvern bla qalb u korrott!!! Mhux aħjar jgħid lill-poplu Malti f’liema hotel ser ikun qed joqgħod Beppe Fenech Adami f’Washington D.C. Ara fuq dawn l-affarijiet, ħatnu Kevin Cassar, ibqgħu żguri li ma jikteb xejn.
Vera kif qaltilhom Daphne, l-anqas jafu jistħu!

Li kieku ma jkollnix nies bhalek Prof Mercieca, kieku n-narrativa li naqraw u nisimghu hija biss dik tal-MSM, li hija ikkontrollata mill partit tal gvern (TV u radju l-iktar), parti ohra mill PN….u parti sostanzjali ohra minn dawk li int thobb issejjah repubblichini. Cioe’ dawk li ma huma eletti minn hadd hliefhom infushom, u li jippretendu li jiddettaw.
Is sit tieghek huwa wiehed liberu….ghalhekk tesserat mal pn, kif jghid il malti tghidha kif taraha u thossha u ma thares lejn wicc hadd.
Eh kont sa ninsa…imbad hemm il medja tal knisja ta joe borg….imma stenna, dawk ukoll parti mill cult ta daphne!
TOTAL WASTE OF TAXPAYERS’ FUNDS:
“Kull ma kien jonqsu jagħmel Beppe Fenech Adami kien li jinżel għarkubbtejh u jilqa’ ż-żarbun tal-Ministru Borg biex jieħdu miegħu. U tafu intom.”
Sejjer tajjeb il-boy ! Basta b’xejn. Ma kienx mar ukoll bil-mara u t-tfal ghand il-Papa meta missieru hatar lilu nnifsu President tar-Repubblika?
jogbuh il flus ta gvern korott hux.
fejn irid ax jaqbillu ma jisthiex jidher ma gvern korott l’aqwa li kollox bxejn hux