The Times tagħtini raġun fuq l-għażla tal-ministru tal-ġustizzja: dak li trid tammetti The Times huwa li kienet parti minn din il-ħsara li ġarrab pajjiżna.
It-Times qed tagħtini raġun fuq dak li kont ktibt dwar il-ħatra ta’ Johnatan Attard, qabel mal-istess Jonathan Attard leħaq ministru tal-ġustizzja. F’Awwissu tal-2021, jien kont ktibt li l-gvern irid jagħżel xi ħadd bħala ministru tal-ġustizzja mhux minħabba l-kompetenza iżda għax irid jipproteġi lil xi ħadd u biex ħadd ma jieqaflu. Infatti kif kont ħabbar, seħħ. L-għażla waqgħet fuq Jonathan Attard li kien jaħdem fl-uffiċju ta’ Chris Cardona. Attard ġie mbuttat fuq ir-raba’ distrett u eventalment sar il-Ministru tal-Ġustizzija.

Issa sentejn wara, ta’ The Times stembu mir-raqda. Imma aħjar tard milli qatt. Dak li jridu jgħidu li din is-sitwazzjoni ġabuha b’idejhom ta’ The Times stess għaliex kienu parti mill-manuvri biex jiġu attakkati nies bħal ma kien Edward Zammit Lewis jew Rosianne Cutajar li finalment, wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx magħhom, imma kienux innokwi u l-anqas korrotti. Imma tar-rule of law ma rieduhomx! Bl-attakki ta’ The Times fuq dawn in-nies, infetħet din it-triq perikoluża li issa, sentejn wara, The Times indunat li l-pajjiż jinsab fiha! Imma kienet The Times li tefgħet lill-pajjiżna f’dawn l-abbissi. Imma kif ngħidu bil-Malti, għal magħmul ma hemmx kunsill!
