Rosianne Cutajar “cleared” mid-Dipartment tat-taxxa wara akkużi serji ta’ rregolaritajiet: timplika li Dr. Hyzler ġie ppremjat minn Robert Abela talli għamel rapport inġust dwarha.

Rosianne Cutajar itella’ post biex tgħid li sentejn wara li saru alleazzjoni fuqha dwar evazzjoni tat-taxxa, issa ġiet cleared mill-istess dipartment. Din kienet storja dwar il-famuża senserija li ħadet mingħand Yorgen Fenech fuq bejgħ ta’ dar ġewwa l-Imdina u issa ħareġ li l-media bniet storja falza fuqha.

iġifieri, id-Dipartiment tat-Taxxa qed jgħid li Cutajar qatt ma għamlet evazzjoni, jiġifieri hija qatt ma rċiviet ħlas. Wieħed irid ifakkar li fuq din l-akkuża, Cutajar ġiet mitluba tirreżenja minn segretarju parlamentari u wara anki spiċċat biex tkeċċiet mill-Partit Laburista. Daqshekk kienet kbira l-kruċjata kontra tagħha fil-Partit Laburista. Cutajar tagħmel kritika qawwi lil Dr. Hyzler għal mod li bih mexxa magħha u timplika li hu ġie ppremjat talli għamel rapport inġust fil-konfront tagħha minn Robert Abela. Hija issa tgħid ser jiġri wara li ġiet imkissra. Fuq kollox tagħmel riflessjoni tajba. Kieku dan ir-rapport kien bil-kontra, jiġifieri d-Dipartiment tat-Taxxi sab xi nuqqasijiet, kieku din tkun storja fuq kull paġna ta’ quddiem tal-gazzetti kollha. Dan hu dak li kitbet Cutajar:

Wara sentejn ta’ allegazzjonijiet u gideb li għamilt senserija u li nqast milli nħallas taxxa fuqha.

Wara sentejn ta’ tgħajjir u assassinju ta’ karattru, issa il-verita’ telat f’wiċċ l-ilma.

Proprju ftit tal-ħin ilu ftaħt ittra fejn fiha ġejt infurmata li l-investigazzjoni fir-rigward tiegħi mid-dipartiment tat-taxxa (mifruxa fuq medda ta’ ħames snin) hija konkluża.

Ir-riżultat? Ma hemm ebda nuqqas minn naħa tiegħi.

Minix ha nistenna xi apoloġija mingħand Dr Hyzler li waqqaf il-karriera politika tiegħi għax kkundannani fuq probabilita’ (u issa ġie ppremjat bi rwol prestiġġjuż barra minn xtutna), wisq anqas mingħand min, li kieku kien għalihom anqas ikkontestajt l-elezzjoni ġenerali u saħansitra riċentament irriżenjajt ukoll minn Membru Parlamentari.

Is-sodisfazzjon tiegħi hu li jien dejjem għidt il-verita’ u kien ħaddieħor illi gideb dwari u ħa deċiżjonijiet żbaljati fil-konfront tiegħi. Ma jien se ninsa qatt l-inġustizzja li għaddew lili u lill-familja tiegħi u r-riperkussjonijiet kollha li din ġabet magħha.

Issa nista’ nkompli ngħix ħajti b’mod seren iżjed minn qatt qabel mingħajr ebda allegazzjoni jew dell ikrah fuqi ta’ xi irregolarita’.

Immaġinaw biss pero’ li kieku ġejt misjuba ħatja ta’ xi nuqqas kemm kien ikun hemm furur biex inħallas il-prezz. Iżda issa li nstab li ma hemm xejn, dawk li għamlu kruċjati kontrija mhuz talli ma huma se jħallsu l-ebda prezz iżda talli se jaqgħu fil-muta.

Min iġġudikani, ikkundannani u baqa’ jimbotta sakemm inwarrab x’se jagħmel? Jew il-ġustizzja ma tapplikax għall-Laburisti?

Konxja li meta jwaddbulek it-tajn xi ftit jew wisq jeħel allura minn qalbi irrid nirringrazzja lil kull min baqa’ miegħi u qatt ma ddubitani. Kontu u għadkom f’qalbi.

2 thoughts on “Rosianne Cutajar “cleared” mid-Dipartment tat-taxxa wara akkużi serji ta’ rregolaritajiet: timplika li Dr. Hyzler ġie ppremjat minn Robert Abela talli għamel rapport inġust dwarha.

  1. “Dr. Hyzler għal mod li bih mexxa magħha u timplika li hu ġie ppremjat talli għamel rapport inġust fil-konfront tagħha minn Robert Abela.”

    Unfortuneately correct! It has always been my inbuilt sense of reason that Abela was too accommodating to the OLDDCGPN gang. I always felt he was afraid of them for some unknown reason.

    For some unknown reason, for the past 3 years, Abela always lowered his head to the OLDDCGPN gang scenarios and went the PN’s way. DR ABELA, if the uncommitted voter wanted the PN’s ways, then it would have easily voted in the PN. BUT IT DID NOT!!!

    It has to be said. If this situation continues then THE MOVEMENT needs to reassess its leadership. ENOUGH OF THE OLDDCGPN gang.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *