Fejnhom il-Blu Heroes?

Minn osservatur politiku

Fejnhom il-blue heroes? Xi ħadd rahom lejn il-Palazz tal-President? Xi ħadd sema’ b’xi laqgħa fil-moħbi? X’jaħseb Lawrence Gonzi din id-darba? Jew qed jitbissem għax kellu raġun meta lil blue heroes qallhom li Metsola għandha tkun l-għazla minflok Delia u mhux Bernard Grech?

Fejn huma l-MZPN li tant għamlu pressjoni biex itajru lil Adrian Delia? Fejn hi Claudette Buttigieg li tant tħabtet kontra Delia sakemm sabet job l-Universita? Fejn hu Karol Aquilina li għamel minn kollox biex ikisser lil Adrian Delia sa minn meta kienet għaddejja l-elezzjoni għall-Kap fl-2017?

Fejn hu Beppe Fenech Adami, martu u ħutu li tant ivvomtaw kontra Delia? Fejn hu Chris Said li kien responsabbli mill-attakki kontra Delia għax ma felaħx l-umiljazzjoni li ġera bih? U Ivan Bartolo tal-Ferrari? Dak li mar iressaq il-mozzjoni kontra l-Kap tiegħu? Dak x’sar minnu? U fejnha Therese Comodini Cachia li marret tgħid li meta l-captain tat-team tal-football ikun ferut, dan għandu jgħaddi l-faxxa tiegħu li xi ħadd ieħor?

Bil-fors ikollok tistaqsi dawn il-mistoqsijiet meta taqra x’qalet it-Times dwar is-survey tagħha. Dan l-istħarriġ wera li Bernard Grech baqa’ staġnat bl-istess ammont ta’ voti bħas-survey ta’ Marzu li għadda. U dan meta fil-pajjiż għaddejjin oxxenitajiet kbar. Dan meta suppost li Bernard Grech ħa nifs gdid meta intrebħet il-kawża tal-isptarijiet li kien fetaħ Adrian Delia. Dan meta nafu li Robert Abela qed jagħmel gaffe waħda wara l-oħra u qed inaqqas l-appoġġ bil-kbir.

Possibbli ħadd mis-sostenituri tal-Partit Nazzjonalista ma qed jifhem is-sitwazzjoni kerha li qiegħed fiha dan il-partit? Jew ħadd ma jrid iċaqlaq l-ilma għax jibża’ li jirrepeti ruħu dak li sar diġa’. Imma jekk f’ċirkostanzi fil-pajjiż li qed juru li l-Partit Laburista qed ikun attakkat anke mis-segwaċi tiegħu kif jista’ jkun li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ skantat u ma jippruvawx jagħmel xi ħaġa biex ixaqleb lejh din il-mewġa negattiva li ħakmet lill-Partit Laburista?

Dawn is-sitwazzjonijiet iġagħluk taħseb li deputati tal-Partit Nazzjonalista qegħdin kuntenti fl-Oppożizzjoni. Tibda’ taħseb li l-istess grupp ta’ deputati qatgħu qalbhom li joffru soluzzjonijiet għal kriżijiet diversi li għaddejjin fil-pajjiż.

One thought on “Fejnhom il-Blu Heroes?

  1. Prosit Dr Mercieca, qed tifthilna ghajnejna aktar berah. Tikkonferma dak li hafna ilhom jahsbu. Dawk ixaqilbu lejn in-naha li jahsbu li l-aktar li ser jirdghu minnha. Kif iddur naqra l-folja jduru lejn in-naha li jkunu skartaw. Bhat trabi jerdghu minn zejza u mbaghad iwarrbuha biex jerdghu mill-ohra. Claudette forsi minn meta nqabdet li kienet marret tittallab ghand Yorgen Fenech dahlet naqra go qoxritha.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *