Iż-żewġ surveys ta’ għada ser juru li l-iswitchers għadhom jiddeterminaw ir-rebħa fil-PL anki jekk hemm rabja kbira fil-bażi ta’ dan il-partit li minnha l-PN ma hu jieħu xejn.
Għada ħerġin żewġ surveys, wieħed f’The Times u l-ieħor fil-Malta Today. Iż-żewġ surveys ħa jkunu qrib xulxin meta wieħed janalizzahom imma jidher li ta’ The Times ser ikun ftit aktar oġġettiv.
Dawn ser ikunu surveys mhux sbieħ għall-partit fil-gvern. Imma xorta, il-PN ma tantx għandu fejn ikanta vittorja għaliex xorta mhux eleġibbli. Fi kliem ieħor, anki jekk il-PL naqqas sew l-appoġġ, xorta ma hux f’pożizzjoni li jkun fdat mill-elettorat.
Dak li ser juru dawn is-surveys huwa li qed jikber in-numru tan-non-voters. Imma dan xorta qed imur favur il-gvern. Il-PN ma hu qed jiggwadanja xejn. Dak li ġralu l-Lejber huwa li hemm rabja fost il-partitarji akkaniti tiegħu, jiġifieri d-diehards. Dawn huma rrabbjati u qed jgħidu li mhux ser jivvutaw lil-Lejber imma mhux ser jivvutaw PN. B’hekk qed jinnewtralizzaw lilhom infushom.
Imbagħad hemm dawk li kienu switchers, jiġifieri dawk li qalbu mill-PN għal-PL. Dawn illum saru l-ikbar asset tal-Lejber. Dawn huma dawk il-votanti li mhux lesti li jivvutaw lill-PN. Dawn ma jridux imorru lura. Fi kliem ieħor, dawn jistgħu jkunu mdejqin bil-Lejber imma xorta ser jibqgħu jivvutaw lil-Lejber u mhux lesti li jivvutaw lill-PN għaliex jafu li jekk jitla’ l PN ser jivvendika ruħu minnhom u mill-familji tagħhom.
Mela s-surveys ta’ għada ser juru li l-iswitchers għadhom jiddeterminaw min verament ser irebbaħ l- elezzjoni u dawn l-iswitchers b’saħħa kbira ma jridux il-Partit Nazzjonalista fil-gvern. Qabel konna nirreferu għall-iswitchers bħala l-floating voters.
U jekk hemm xi dubju li din l-analiżi mhix tajba, ħarsu lejn dan il-messaġġ li tella’ Jason Azzopardi li hu żgur qrib il-ġurnalisti ta’ dawn il-media houses li qed jagħmlu dawn is-surveys. Il-messaġġ tiegħu hu ċar. Il-PN ma għandux għalfejn ikanta glorja mis-surveys ta’ għada għaliex anki jekk mhux ser ikunu daqshekk favorevoli għall-Prim Ministru, xorta qed juru “traġedja nazzjonali”. Jason Azzopardi jkompli jgħid li mhux qed jagħtu ġejjieni lill-Malta. Kliem bħal dan għandu jkun interpret li xorta l-PL għadu jidher bħal dak il-partit li jekk issir elezzjoni, jkun il-partit rebbieħ.

Dan kollu tort Tal PN ghax mhux johrog bl alternattivi serji. Qieghed jikkritika biss. B’hekk mhux ser ikun Gvern alternattiv li tant ghandu bzonn Dan il pajjiz. IL PN ghandu bzonn iqum mir raqda li qieghed fiha.
Jason ibki wahdek.
Mela s-surveys ta’ għada ser juru li l-iswitchers għadhom jiddeterminaw min verament ser irebbaħ l- elezzjoni u dawn l-iswitchers b’saħħa kbira ma jridux il-Partit Nazzjonalista fil-gvern. Qabel konna nirreferu għall-iswitchers bħala l-floating voters.
YOU CAN SAY THAT AGAIN, BRO!!!!!!!!! THE PN WILL NEVER SEE POWER UNTIL AND UNLESS THE OLDDCGPN GANG ARE VISIBLY KICKED OUT AND A NEW GENERATION APPOINTED. SORRY, BUT THE PRESENT “NEW GENERATION” ARE HOPELESSLY INADEQUETE LIKE THEIR CORRUPT PREDECESSORS. NOT WORTH THE TIME OF DAY!!!
Tibki Jas il-lollipop li kellek f`halqek meta il-PN kien fil-Gvern. Ikkonsla meta tibki daqs kemm bikkejt nies. Nisa l-aktar.