Il-Kamra tal-Kummerċ tixgħel il-bozza l-ħamra lill-gvern: tgħid dan hu pajjiż bla tmexxija.

Minn Edwin Vassallo

Dan huwa messaġġ li jeħtieġ jibgħat lill-estbalishment politiku kollu u mhux lill-Gvern biss. L-akbar problema ta’ dan il-pajjiż huwa li dan il-pajjiż qiegħed jegħreq u l-poplu jħoss li ma għandux lil min jafda.

Jien nemmem li aħna għandna kriżi ta’ valuri. Xejn ma għadu jiswa. Il-ħażin ġie tajjeb. L-importanti li tasal u kif ma jimpurtax. Din il-loġika ta’ xejn ma hu xejn, qed twassal biex dak li l-aktar jiswa’ huwa l-“jien”. Ir- reliġjon illum saret ir-religjon tal-alla tal-flus. Għal ħafna, l-iskop tal-ħajja sar kif tagħmel il-flus akkost ta’ kollox. L-iskop fil-politika sar kif tirbaħ il-voti akkost ta’ kollox ħalli tkun tista’ tagħmel il-flus.

Dan huwa pajjiż li tilef kull sens ta’ direzzjoni. Kull awtorita’ li għandna fil-pajjiż tilfet l-awtorita’ morali tagħha. Dan kollu wassal biex dan il-pajjiż, kif issa qed tgħid il-Kamra tal-Kummeċ, qiegħed jegħreq. Jien, ilni żmien nikteb fuq dan is-suġġett f’dan is-sit. Minn meta kont fil-Parlament, jien dejjem għidt li biex dan il-pajjiż ikollu tiġdid ekonomiku, jeħtieġ l-ewwel li jkollu tiġdid morali. Jeħtieġ li nerġgħu nibdew nagħrfu li hemm il-ħażin u t-tajjeb. Il-ħażin ma jistax jibqa’ jitqies tajjeb. Il-Kamra tal-Kummerċ qed tgħid lil dan il-Gvern u kull l-establishment politiku ieħor li hawn f’dan il-pajjiż jeħtieġ ma jibqgħux egoistiċi.

Imma daqshekk ieħor, kull imprenditur għandu jara li bħala priorita’ tiegħu jkollu l-valur tal-bniedem u dan il-valur għandu jiġi qabel il-valur tal-flus. Pajjiżna warrab ir-riga tas-sewwa biex għamel il-flus l-alla tiegħu. Dan sar pajjiż li ma jrid lil ħadd jgħidlu li hemm affarijiet ħażina li ma jistgħux isiru. Issa qed ngħerrqu għaliex bla riga tas-sewwa. Żvalutajna l-valur tal-ħajja umana u dan kollu biex nidhru sbieħ quddiem il-votant jew l-Ewropa.

Dan wassal biex l-awtoritajiet politici tilfu s-sinsla u direzzjoni politika. Iridu jgħidu “iva” għal kollox u għall-kulħadd. B’hekk l-awtoritajiet politiċi qegħdin jitlfu l-fiduċja tan-nies għaliex qed jispiċċaw irrelevanti.

Proset lill-Kamra tal-Kummerċ li qed titkellem imma ma tistax tieqaf hawn. Jekk mhux ser naħdmu flimkien biex nifqgħu għaddejjin f’din it-triq li nikkorrompu l-verita’, dak li qegħdin fih mhux it-tmiem, iżda l-bidu tat-tmiem

One thought on “Il-Kamra tal-Kummerċ tixgħel il-bozza l-ħamra lill-gvern: tgħid dan hu pajjiż bla tmexxija.

  1. Edwin spare us from your nonsense.

    Partl of the problem remains the PN governments who didn’t plan ahead knowingly that the power cables would need to be replaced after a number of years.

    The poor workers had to dig in this unbearable heat because of stupid decisions or one asks, was there a plan but the money went somewhere else?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *