Jason Azzopardi tella’ post jgħajjar lill-avukata tar-Repubblika “żibel”: Ser jieħu passi kontra tiegħu Philip Galea Farrugia talli kiser artiklu 995 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili?

F’dawn il-jiem Jason Azzopardi tella’ numru ta’ posts fuq il-Facebook page tiegħu dwar il-każ Sofia. Beda b’post fejn fih sfida lill-Prim Ministru biex jagħmillu libell għaliex qal li l-maġistrata mhux vera talbet extension kif kien qed jgħid l-istess prim ministru.

Ftit wara joħroġ il-Partit Nazzjonalista u jagħti verżjoni oħra. Skont il-PN, verament intalbet extension mill-maġistrata.

Dan wassal biex Jason Azzopardi jibdel il-verżjoni tiegħu u jgħid li l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika qed tindaħal fejn mhux suppost u jispiċċa jgħajjarha żibel.

Hawn nistaqsi jekk sieħeb Jason Azzopardi, id-deputat avukat ġenerali, Philip Galea Farrugia, hux ser jitlob biex jittieħdu proċeduri kontra l-istess Jason Azzopardi għaliex dan kiser artikli 995 tal-Kapitlu tnax tal-Code of Organization and Civili Procedure. Infakkar li Philip Galea Farrugia uża dawn l-artikli fil-qorti biex beda proċeduri kriminali kontra tiegħi talli kkummentajt b’mod leġittimu fuq persuna, xhud tal-prosekuzzjoni, talli ma ġabx il-provi li kellu jġib b’mod tajjeb. Hemmhekk reġistratur tal-qorti qabbad avukat biex jieħu ħsieb imexxi kontrija. Dan hu każ marbut mal-kompilazzjoni ta’ evidenza kontra Yorgen Fenech li fiha, Jason Azzopardi, kien qed jidher bħala parte civile għall-familja Caruana Galizia. Philip Galea Farrugia tella’ bħala xhud lil Giuseppe Totaro. Dan hu espert tal-Europol. Fil-media ħareġ li dan ix-xhud ta n-numru ta’ hard drives jew hard disks ħżiena. Għaliex ikkummentajt fuq dan il-fatt, sieħeb Jason Azzopardi, jiġifieri Philip Galea Farrugia tellgħani l-qorti fuq course of conduct għaliex dejjem skont Galea Farrugia insultajt lil dan l-uffiċjal tal-qorti. Imbagħad Jason Azzopardi jgħajjar uffiċjal tal-qorti u mara żibel qiesu ma hu xejn! Infakkar li l-avukata tar-Repubblika hija uffiċjal tal-qorti!

Nistaqsi lil Philip Galea Farrugia, li għal ġieħna ppretenda li jsir imħallef, jekk b’dak li qed jagħmel sieħbu Jason Azzopardi hux qed jikser artiklu 995 dwar course of conduct? Dan l-artiklu jitkellem ċar li ebda funzjonarju ma jista’ jinsulenta uffiċjali tal-qorti. Mela il-ħabib ta’ Philip Galea Farrugia, cioe, Jason Azzpardi, jista’ joħroġ informazzjoni li hemm divjit fuqha fil-qorti u ma jiġrilu xejn. Dan jista’ jikser biċ-ċar il-liġijiet tal-course of conduct u jinsulenta funzjonarja tal-qorti, bħal ma hi Victoria Buttigieg, u ma jiġri xejn. Imbagħad ċittadin komuni jittella’ l-qorti qiesu l-agħar kriminal għaliex jgħid “gayyaġni hija agħar minn possessjoni” jew xi ħadd jgħid li kien gay u ma għadux gay!

L-istess Azzopardi jista’ jakkuża nies, kif għamel fil-konfront tiegħi, li rriproduċejt affarijiet li kien hemm divjit fuqhom mill-istess qorti meta dan mhux minnu. Jien spiċċajt fil-qorti. Fuq kollox, sieħeb Jason Azzopardi tellagħni l-qorti għaliex tkellimt b’mod leċitu fuq xhud taħt artiklu 995, mingħajr ma għajjart lill-ħadd, imma l-istess Jason Azzopardi, jista’ jikser artiklu 995, qiesu qatt ma ġara xejn.

U quddiem dan kollu, il-Ministru tal-Ġustizzja rieqed raqda kbira. Il-pulizija u l-qrati jridu jieqfu jagħmlu l-arja ma’ min hu żgħir. Fuq dan għandu fejn jibda’ jaħdem il-Ministru tal-Ġustizzja u jitkellem. U mela ngħaddu liġijiet biex impaxxu lill-woke!

6 thoughts on “Jason Azzopardi tella’ post jgħajjar lill-avukata tar-Repubblika “żibel”: Ser jieħu passi kontra tiegħu Philip Galea Farrugia talli kiser artiklu 995 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili?

  1. L-akbar ċertifikat li ngħata Jason Azzopardi kien meta Adrian Delia jddeskrivieh bħala giddieb! Il-poplu mhux injorant u jaf jiżen dak li jgħid JA, tant li fl-elezzjoni li għaddiet baqa’ l-art kif jixraqlu! Beatu falż!!!!

  2. Biex tghajjar lil xi hadd zibel trid tkun taf kif ikun iz-zibel. Azzopardi jifhem fiz-zibel. Ixommu madwaru. Inutli jindilek bil-fwejjah. Tieghu jaghtih lil haddiehor. Kellmtu lanqas tiswa centezmu. Giddieb iktar minn Pinokkju. Min jigdeb ma` l-gheziez tieghu huwa l-akbar giddieb immaginabbli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *