Ir-riżultat tal-eżami tal-ħatra ta’ Robert Vella bħala CEO tal-Awtorita’ tal-Artijiet inżamm mistur.
Dan is-sit tkellem dwar il-konnessjonijiet li hemm bejn Robert Vella, li llum huwa ċ-CEO tal-Awtorita’ tal-Artijiet u Kurt Buhagiar, il-persuna li ħa biċċa art f’Kordin u li fuqha nbeniet fabbrika, mhux skont is-sengħa tal-bini, li waqgħet u qatel lil Jean Paul Sofia. Dan is-sit kixef kif dan Kurt Buhagiar mhux biss iddaħħal fl-Awtorita’ tal-Artijiet, allavolja għandu record kriminali, minħabba li fl-2009, inqabad ma’ oħrajn jittraffika lin-nies, imma ngħata wkoll promozzjonijiet f’din l-Awtorita’. Fuq kollox, dan Kurt Buhagiar jagħmel xogħol ta’ natura persunali għaċ-CEO Robert Vella u Robert Vella stess irranġalu biex jagħmel ħamel ta’ overtime mit-3.30 pm sat-8.00 pm, jiġifieri jibqa’ jaħdem ġa din l-awtorita’ sakemm l-istess Robert Vella jitlaq lejn id-dar. Dan l-overtime ma kienx ta’ darba, imma kien isir b’mod regolari u kuljum.
Fuq kollox, dan is-sit kixef li kien l-istess Robert Abela li ried lil Robert Vella bħala CEO tal-Awtorita’ tal-Artijiet. Qabel ma sar CEO tal-Awtorita’ tal-Artijiet, Robert Vella kien jaħdem il-MEPA. Wieħed mill-ewwel jinduna fejn Robert Abela sar jaf lil Robert Vella.
Wieħed irid jgħid li meta tneħħa James Piscopo, kellha issir sejħa pubblika, għaliex hekk tgħid il-liġi biex jintela’ dan il-post vakat taċ-CEO. Mela f’dan il-każ, il-Prim Ministru ma setgħax japponta lil min ried direttament. Imma l-proċess li kien sar kien kollu finta. Infatti dawk li kienu ta’ ġewwa kienu jafu li din kienet sejħa biex jilħaq Robert Vella. Imma xorta waħda kien hemm aktar minn applikat wieħed għal dan il-post. Robert Vella tefa’ l-applikazzjoni tiegħu fl-aħħar minuta qabel ma għalqet is-sejħa għall-post ta’ CEO fil-Lands Authority.
Imma ġara xi ħaġa stramba. Ir-riżultat finali qatt ma ġie ppubblikat jew ġie mogħti lil dawk kollha li applikaw. Kull ma ġara kien li rċevew nota li l-post intella’. Dan wassal biex kien hemm fost dawk li applikaw li kitbu lis-Segretarja Permanenti, li f’dak iż-żmien kienet Nancy Caruana, biex jitolbuha rendikont ta’ kif marru. Imma sallum għadhom ma ħadux tweġiba. Dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm aktar minn applikant wieħed li talab ikun jaf kif mar, inkluż il-marki li ġab u kif ikklassifika fl-intervju. Dan is-sit jista’ jiżvela li kien hemm mill-inqas tnejn li għamlu talba għal dan ir-riżultat. Imma sallum kollox għadu mistur.

Robert Vella,
Jekk ma kienietx skont is sengha ol perit jahti full stop.
Biex tara kif mort, u jkollok rendikont tal-marki la saret b’sejha pubblika, mhux lis-Segretarju Permanenti trid taghmel it-talba, imma lil Public Service Commission.
Public Service Commission bil-Malti hija Kummissjoni ghas-SERVIZZ PUBBLIKU. L-Awtorita’ tal-Artijiet, bhal Awtoritajiet ohra, hija parti mis-SETTUR PUBBLIKU. Ghaldaqstant, m’intiex korrett – il-PSC ma tidholx f’din il-kwistjoni.
Persuna ohra li la kellha l-kwalifici u lanqas esperjenza fil-mestjier u lahqet hemm bil-kuntatti. X’ma jaqbadx it-triq ghan-nizla dan il-pajjiz!
Xibka ta ha.i li qabes kull limitu. Tmiss ma fejn tmiss rieha ta korruzjoni li issa saret tisejjah sfaccata. Gideb f risposti parlamenti, bazuzli ufficjali fic civil jinqabdu u ma jittiehdux passi flok transfer f post iehor.
Wasalna fil qieh nett.
Giuseppi la wasalna fil qieh net taht dan il-gvern ejja issa nergaw intellaw li PNEEEEEE fil gvern halli nergaw nitilaw mas sema kif konna qabel.