Il-konferenza tal-bieraħ wriet Prim Ministru f’paniku: hu ċar li Robert Abela qed iħoss li l-jiem tiegħu fil-politika huma magħduda.

Mhux ser nikkummenta dwar dan il-clip mid-diskors tal-bieraħ tal-Prim Ministru li qed idur fuq is-social media. F’din il-clip għandna lill-Prim Ministru jgħid li hu dritt tal-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia jitolbu għall-inkjesta pubblika. Infakkar li omm Jean Paul Sofia talbet għall-inkjesta pubblika, imma l-gvern li Robert Abela stess imexxi ma riedx jagħtihilha. Dan il-fatt wassal għall-protesti mill-pubbliku.

Infakkar li nkjesta pubblika jista’ jordnaha il-gvern, jew aħjar il-Prim Ministru biss! Għalhekk ma nistax nifhem dan l-argument minn Robert Abela. Naħseb li inqas ma jitkellem fuq dan il-każ Robert Abela aħjar. Dak li kellu jagħmel, kif ġa għamel, jammetti li ħa żball u jieqaf hemm. Din il-konferenza ma kellux x’iridha. Anzi biha kompla jitfa’ l-melħ fuq il-ferita. Bl-Ingliż jgħidu “don’t rub it in”. Id-daħqa hija li hu l-prim ministru stess li issa qed jispara għall-saqajh.

Dak li hu żgur li għall-ewwel darba qed naraw prim ministru f’paniku. Hu ċar li Robert Abela stess induna li l-jiem tiegħu bħala mexxej u prim ministru huma magħduda.

6 thoughts on “Il-konferenza tal-bieraħ wriet Prim Ministru f’paniku: hu ċar li Robert Abela qed iħoss li l-jiem tiegħu fil-politika huma magħduda.

  1. ”IL-Jiem tieghu bhala mexxej u Prim ministru huma maghduda”. Dik hi lopinioni tiejhak. Iz-zmien itina parir.

    1. Ħafna jixtiequ li jiġrilna dan fil-partit Laburista imma se jħarralhom bil-kbir. Iż-żmien jgħat parir. Diġa lhPrim Ministru Abela sab irkaptu jaqta’ l-fus tal-bomba tal-ħin li nasbulu.

  2. Li tesprimi, li titlob, huma drittijiet naturali, għalfejn le. Li xi ħadd ieħor iċaħdek min dritt huwa dritt fuħ innifsu ukoll, għax l-għażla hija dritt mgħoti minn Alla.

  3. Naqbel mieghek perfettament li Abela niezel bil-kbir, u li l-isfortuna hija li se jnizzel il-pajjiz kollu mieghu!

    Mela din mhux tal-misthija u inaccettabli ta’ 3 ijiem bla dawl!

    Issa qeghdin nahsdu l-frott tal-politika ta’ tmexxija inkompetenti u ta’ li kollox jghaddi. Kontra qalbi nghidha imma iktar ma jmur, Malta iktar qeghdha issir pajjiz tat-tielet dinja milli pajjiz modern Ewropew!

  4. Jekk jiem Robert maghduda u rebah b’40 elf vot mela Gonzi x’hass meta kellu rebus fil-partit u kien rebah biss 1700 vot.
    Tghidx hmerijiet!

  5. Is-sitwazzjoni tinhass bil-kbir li m’ghadhiex dik li kienet sena u nofs ilu. Fejn sa ftit ilu, taqbel u ma taqbilx, kien hawn certu sens ta’ pozittivita’, llum hlief nies indannat fit-toroq taghna u dwejjaq ma tarax u ma tesperjenzax.

    Il-klima mbidlet sew mill-elezzjoni ‘l hawn. Jien la ghandi minn wiehed u lanqas mill-iehor, ghax wara kollox hadd qatt ma tani xejn, imma tinhass (u din anke’ l-laburisti issa bdew jammetuha) li hawn sens ta’ telqa kbira u nuqqas ta’ direzzjoni f’dan il-pajjiz.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *