Battibekk bejn Lynn Chircop Faure u Rosianne Cutajar dwar dak li ġara fil-parlament fir-rigward tal-vot fuq l-inkjesta pubblika.

Lynn Chircop Faure kkritikat lil Rosianne Cutajar talli ma vvutatx mal-gvern li ma hemmx bżonn ta’ inkjesta pubblika. Minflok Rosianne Cutajar għażlet li toħroġ il-barra mill-parlament u ma tivvutax fuq il-mozzjoni kif preżentata mill-gvern.

Lynn Chircop Faure għamlet din il-kritika permezz ta’ kumment fuq il-Malta Today taħt l-artiklu li fih ġie rrappurtat li Rosianne Cutajar ppreferit li toħroġ mill-parlament u ma tivvutax fuq din l-emenda li biha l-gvern kien qed jirrifjuta li jagħmel inkjesta pubblika fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Fil-kumment tagħha, Lynn Chircop Faure qalet lil Rosianne Cutajar li kienet qed tirċievi flus minn fondi pubbliċi bħala membru parlamentari mingħajr ma qed tagħti l-ebda kontribuzzjoni lill-pajjiż. Fuq kollox, qaltilha li la darba kienet qed tħossha mhux konfortevoli fil-mod kif tivvota, missha rreżenjat mill-parlament.

Min-naħa tagħha, Rosianne Cutajar kitbet lura u wieġbet lil Lynn Chircop Faure. Cutajar fakkret lil Chircop Faure kif Chircop Faure spiċċat titħallas minn fondi pubbliċi wara li kienet ikkritikat lill-Gvern tal-Lejber. Il-gvern kien offrilha u hija aċċettat impjieg fil-Human Rights Directorate u dan hu mħallas minn fondi pubbliċi. Fi kliem ieħor, bil-pulit qaltilha li hija ġiet offruta dan il-job biex tieqaf tikkritika lill-gvern!

Fuq kollox, Rosianne Cutajar tqiegħed mal-kumment tagħha referenza għal dak li kienet ippubblikat il-media, jiġifieri ż-żewġ jobs offruti u mħallsa minn fondi pubbliċi lil Lynn Chircop Faure.

Fl-elezzjoni li għaddiet, Lynn Chircop Faure riedet toħroġ għall-elezzjoni, imma għal xi raġuni jew oħra, biddlet il-ħsieb tagħha li tkun kandidata fl-elezzjoni li għaddiet. Chircop Faure xtaqet toħroġ fuq l-istess distrett li fuqu tikkontesta Rosianne Cutajar.

7 thoughts on “Battibekk bejn Lynn Chircop Faure u Rosianne Cutajar dwar dak li ġara fil-parlament fir-rigward tal-vot fuq l-inkjesta pubblika.

  1. Allura dan kollu ġej mill-bogħod bejn dawn iż-żewġt nisa. Il-pika bejn kandidati ta’ l-istess partit fl-istess distrett taf tkun iktar gravi minn bejn il-kandidati tal-partiti opposti. Jien ma qbilt xejn ma dak li qalet l-Hon Rosianne Cutajar ħlief li qalet kemm ħasset għal omm Jean Paul. Imma leġislatur ikollu jieħu deċiżjoni kultant li hu stess iweġġgħa biha bħal dan l-eżempju tal-każ ta’ Jean Paul Sofia. Forsi l-Hon Rosianne Cutajar kellha l-lussu li tabdika mir-risponsabilita’ tal-vot għax issa ma taqgħax taħt il-whip tal-gvern. Imma ma kont ngħid xejn wara. Għax bli qalet qisu qalitu biex turi li l-gvern għamel ħażin. Hemm min setgħa jaħseb ukoll li din ta’ Hon Rosienne Cutajar setgħet kienet mossa ta’ tpattija. Min jaf?

  2. “Setghet kienet mossa ta tpattija. Min jaf?”. Memx dubju. Ghall min ipatti emm certu sodisfazzjon, Imma hlif cans biex il-media timmla ftit spazju memx. Effet totalment zero. Din Il qormija miex lewel wahda hu mux ha tkun ta lahar. dawn muma xejn hlif zrar li jaqa wahdu min go kaxxa ta-trakk matul it-triq.

  3. Il-Mistoqsija tieghi kienet semlliciment ghal fatt li minn Membru Parlamentari l-elettorat jistenna lil jiehu puzizzjoni…bla biza jew favur. Issa dwar il-kariga li qed tallega Ms Cutajar, li jiena nistidina, tmur tara kif il-Public Service Commission jaghmel l-ghazliet abbazi ta’ kwalifici u esperjenza fil-qasam . Dawn is-sejhiet jinhargu u jinghataw fi hdan il-Public Service kuljum . Apparti li Ms Cutajar tidher li ma tafx li jien ili 18 il-sena diga nokkupa impjieg mal-Gvern. Issa dwar il-malafama li qed taghmel jaqbilla jew tirregola ruhha u tinforma ruhha dwar id-dritt tieghi li nikkritika b’mod kostruttiv ghax dak huwa r-rwol tieghi bhala cittadina integra. Kull min jafni, jaf x’insarraf. M’ghandix bzonn niggustifika xejn ma xi hadd li lili ipprefera li ma jirraprezentanix u telaq il-barra! Ghalija il-kumment taghha kien disprezz lejn il-haddiema bhali li jistinkaw u jaspiraw li l-Politici ser jimxu bil-meritokrazija, li ghal Ms Cutajar, dan principju li ma jiswa xejn.

    Kont nistenna risposta iktar kostruttiva, tkun xi tkun il-puzizzjoni. Jien m’ghamiltx attakk personali izda fuq fatt li stennejt vot…. Iva jew Le.. Dak kien il-punt. La riedet tibqa’ indipendenti, kellha l-opportunita tad-deheb.

    Jien certa li Ms Cutajar taf li l-kumment tieghi ma kienx personali u jiddispjacini nara kemm hija imdejqa bl-inizjattivi li nimplimenta ta’ kuljum fl-interess tal-persuni vulnerabbli li spiccaw bla direzzjoni sforz tal-interessi ta’ min irid jisfrutthom.

    1. Your criticism is baseless!
      Members of Parliament have the option to abstain from voting. Nothing unusual about that, and certainly not unethical.

      1. No one abstained. That’s the point! Check the voting records. To be present and not declare a position is not what the electorate deserves. No one said its unethical to abstain.

  4. jien ghalija nemmen li A TURNCOAT NEVER CHANGES ITS COLOUR. she is a very arrogant person u issa ax qed terda min fuq dan il gvern qed tipprova tiddiskretta lill Rosianne. jdher li ilha mqabbda maghha ax anke riedet li tohrog fuq iddistrtt ta Hal Qormi, imm a fallila. napella lill laburisti genwini biex ma jafdawx lill dawn in nies. once a liar alwaysa liar

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *