Skema tailor-made għall-Prim Ministru u l-ġurnalisti tal-woke ma jistaqsu xejn dwar dan.

Ilbieraħ, Silvio Schembri għamel press conference biex jgħidilna bl-iskema l-ġdida tal-gvern biex jiġu mġedda ċ-ċnus li huma tal-gvern u li skadew jew se jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2030. Wieħed irid jaqraha sew. Fost l-oħrajn, din hija skema għal ċnus li skadew. Fi kliem ieħor, wieħed minn dawk li ser igawdi minn din l-iskema hu Robert Abela nnifsu li ċ-ċens fuq l-uffiċċju li għandu l-Belt ilu li skada mill-2017!

Imma dak li jolqtok f’din il-press conference, huwa l-mod fqir tal-ġurnalisti. Mhux ser ngħid li kienu ser jistaqsuh dwar iċ-ċens fuq l-uffiċċju li l-Prim Ministru għandu fil-Belt u li kulħadd jaf li ċ-ċens fuqu għalaq għaliex l-istorja kienet fil-media. Imma kien hemm aktar stejjer fil-media li jikkonċernaw lil Silvio Schembri fosthom hemm l-issue tal-art tal-Fortina jew inkella l-flat ta’ Ta’ Xbiex fejn qed joqgħod bħal issa u li dan is-sit żvela li kien ta’ kuntrattur li ġie aġevolat fuq biċċa art kbira minn entita’ li taqa’ taħt dan il-ministru. Mistoqsijiet xejn.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *