Il-gvern jista’ jwettaq conversion therapy fuq it-tfal: ħaddieħor le.
Minn Edwin Vassallo
Dan il-gvern jista’ jwettaq conversion therapy imma ħaddieħor, le. Dan hu l–messaġġ li bagħtet Rebecca Buttigieg bil-parteċipazzjoni tagħha f’attivita’ maħsub biex tindottrina lit-tfal fil-gender ideology. Jekk persuna ma tistax tagħmel “conversion therapy” daqshekk ieħor il-gvern ma jistax jagħmel l-istess. Jekk din hija illegali għal wieħed, għandha tkun illegali għall-ieħor. Dan li rajna fil-Belt ma kien xejn għajr conversion therapy fuq it-tfal. Mela jekk din hija ħażina f’għajnejn il-ħaqq għal wieħed, għandha tkun ħażina meta wkoll titwettaq mill-istess gvern.
Infakkar li dan il-gvern ma kienx kuntent b’dak li kien għadda fuq dan il-punt ta’ conversion therapy mill-parlament. Reġa’ għamel aktar emendi biex isaħħaħ il-liġi kontra dawk li hu qed isejjaħ bħala fundamentalisti tal-conversion therapy u b’riżultat ta’ dan, rajna persuna, bħal Matthew Grech, li għaliex qal l-esperjenza ta’ ħajtu u kif ma baqgħax gay, ġie mkaxkar il-qorti qiesu l-agħar kriminal. Ara hemm l-ebda ministru jew xi Rebecca Buttigieg ma ħarġet tgħajjat li Matthew Grech kull ma kien qed iwassal il-messaġġ tal-imħabba ta’ Kristu. Illum il-messaġġi ta’ imħabba jitwasslu biss f’serati favur l-indottrinazzjoni sesswali!
Mela issa bl-istess loġika u raġunar, jekk il-liġi tgħid li huwa llegali li persuna ma’ tistax twettaq conversion therapy biex persuna LGBTIQ+ tkun mgħejjuna jew imħajra terġa’ lura għas-sesswalita’ jew ġeneru oriġinali tagħha, daqstant ieħor għandu jkun illegali li xi ħadd, inkluż il-gvern, iwettaq conversion therapy fuq tfal jew persuni oħra biex mis-sesswalita’ u l-ġeneru oriġinali tagħhom jitħajru jinbiddlu għall-ġeneru ieħor. Iżda għal dan il-gvern, il-conversion therapy taħdem biss “one way”.
Dak li f’isem ‘l hekk imsejħa “ugwaljanza” li ma hija uġwaljanza xejn, dan il-gvern, u dawk kollha involuti wara dawn it-teoriji tal-woke, iridu biss li jmexxu l-propaganda irħisa tal-LGBTIQ+. Meta din il-propaganda tmur ħażin u xi ħadd ifettilu jitkellem u jgħid l-esperjenza tiegħu, u għala din hija propaganda ħażina, jiġi mkaxkar il-qorti u akkużat, qiesu xi qattiel, b’conversion therapy.
Mela għal dan il-gvern, hu tajjeb li wieħed jimmanipula moħħ it-tfal u jħajjarhom għal kull tip ta’ sesswalita’ u ta’ ġeneru lilhinn minn dak bioloġiku tagħhom, imma jekk xi ħadd ma jaqbilx ma dan, jiġi mgħajjar faxxista u konservattiv. Mela l-gvern għandu dritt jagħmel propaganda tal-“gayyaġni” u jimponiha fuq it-tfal u s-soċjeta’ “at large”, imma huwa llegali għall-istess soċjeta tagħmel l-istess u turi l-opinjoni tagħha jekk ma taqbilx ma dan kollu. Din mhix ugwaljanza. Dan totalitariżmu tal-idejoloġija tal-ġeneru.
U f’pajjizna ħadd ma jgħid xejn, għaliex min jipprova jitkellem jibda jiġi msejjaħ “dinosawru”. Min jirraġuna bħali, il-ġurnalisti woke jelliminawh u jibdew jgħidulu lemini u estremist.
U dan kollu sar b’kompjaċenza tal-oppożizzjoni Nazzjonalista. Kulħadd jara kif jidher u jintgħoġob. Il-politika għalhekk ftaqret mill-ħsieb politiku. Illum kollox sar strateġija u manipulazzjoni. Kulħadd jimpurtah minn kif ser isalva wiċċu biex forsi jieħu promotion jew jerbaħ xi elezzjoni. Imma mbagħad quddiem il-poplu, ħadd ma hu qed jiddefendi l-verita’. Dan kollu qed iseħħ għaliex il-priorita’ ma għadhiex aktar il–bniedem, iżda r-rebħ tal-voti. B’hekk spiċċajna b’oppożizzjoni Nazzjonalista li l-anqas biss hija denja li tissejjaħ oppożizzjoni. L-anqas biss xammet dawn il-weġġgħat tal-poplu. Illum l-oppożizzjoni Nazzjonalista maqtugħa mir-realta’. Biegħet ruħha. B’hekk illum ma tistax titkellem fuq il-ħsara li dawn l-emendi qed jagħmlu lis-soċjeta’ tagħna.
Jiddispjaċini ngħid li anki l-awtoritajiet ekklezzjastiċi endorsjaw dawn il-liġijiet. Illum l-awtoritajiet ekklezzjastiċi Maltin huma parti minn din il-kultura “woke” u liberali. Minflok jitkellmu dwar il-liġi ta’ Alla, jaraw kif jintgħoġbu mal-affarijiet tad-dinja. Meta l-istat jgħaddi dawn il-liġijiet li jgħażlu x’inhu leġittimu u x’inhu illegali, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi baqgħu b’ħalqhom magħluq anki jekk dawn saru biex jagħlqu ħalq il-qassisin milli jitkellmu b’mod miftuħ u komplet dwar dak li tgħallem il-Bibbja fuq is-sesswalita’. Mela waqt li hu llegali għall–knisja li titkellem fuq is-sesswalita’ kif espressa fil-Bibbja, hu legali għax-xellugin u l-progressivi li jitkellmu kif iridu u jaqblilhom fuq is-sesswalita’. Dik ugwaljanza u diversita’! Dak li hu llegali għal wieħed, huwa legali għall-ieħor.
Infakkar lill-awtoritajiet tal-Knisja li meta Kristu beda jgħid affarijiet li ma kienux idoqqu għan-nies, u n-nies bdew jitilquh, l-appostli ġibdulu l-attenzjoni. U kulħadd jaf x’kienet it-tweġiba. “Tridux titilqu intom ukoll?” U Pietru tah ir-risposta. “Għand min tridna mmorru?” (Ġwanni 6, 66-69)
U veru ġejna fi kliem Pietru. Illum l-elettorat konservattiv u dawk li jgħożżu l-valuri tal-familja ma fadlilhom lill-ħadd għand min imorru!

Rebecca is very ambitious. Her agenda is crystal clear. She wants to reach heights, not in Malta but abroad, where her “liberal” positions are sine qua non for high political and highly remunerative offices, tipo emulating Helena, or Roberta. Being ambitious is nothing wrong. But being ambitious at the expence of our real common good is dangerous indeed. Seriously so.
Il-PL jghamlu Dan mhux ghaliex konvinti li dak li qieghdin jghamlu huwa sew, Imma ghaliex LGBTI etc. jsarfu il-voti. Il- PL dejjem hekk kien,
Isib kif jisraq il-voti, akkost ta kollox anke li jirvina is-socjeta.