Id-differenza bejn inkjesta pubblika u dik ta’ maġistrat
Minn qarrej ta’ dan il-blogg.
Minn dak li qed jiġri fil-parlament, joħroġ ċar li l-gvern għandu kull interess jiżvesta ruħu mir-risponsabbilitajiet kollha u jinħeba wara l-inkjesta tal-maġistrata Marsienne Farrugia fil-każ tal-qtil ta’ Jean Paul Sofia. Nafu li t-talba għall-inkjesta pubblika ġiet imneħħija u minflok saret referenza biex il-maġistrata tkun imħeġġa tagħlaq l-inkjesta malajr.
Imma dak li ħafna mhux qed jifhmu hu li hemm differenza bejn it-tnejn. Id-differenza li nara jien hija illi inkjesta pubblika tinvestiga wkoll ċerti nuqqasijiet fl-amministrazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi. F’dan il-każ, għandek l-INDIS, Lands Authority u possibilment il-Planning Authority. L-Inkjesta ta’ maġistrat mhux ser tidħol fuq nuqqasijiet ta’ dawn l-awtoritajiet. Inkjesta maġisterjali tiffoka l-iktar fuq responsabilità kriminali.
Mela jekk hemm entità’ pubblika li ma mxietx mal-proċeduri, din mhux se toħroġ fl-inkjesta pubblika. Fi kliem ieħor, f’inkjesta maġisterjali, nuqqasijiet amministrattivi ma joħrġux.
U hemm jidher li hija l-biża’ kollha! Wieħed irid jiftakar li l-INDIS illum taqa’ taħt Silvio Schembri. Wieħed irid jiftakar li nies direttament involuti f’dawn in-nuqqasijiet u jaħdmu fl-Awtorita’ tal-Artijiet jgħajtu direttament lill-Prim Ministru Robert Abela. Wieħed irid jiftakar li llum il-veru ministru tal-Planning Authority hu Robert Abela. Jekk xi ħadd irid xi ħaġa, ma jmurx għand il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. Dak kull ma hu huwa figurehead. Imma jmur f’ras il-għajn!
Quddiem dan kollu, wieħed jifhem għala hemm din ir-resistenza kollha minn Robert Abela. Fi kliem ieħor, Robert Abela qiegħed iħares ġildu.

Dan l-artiklu tassew iqaxxar is-sitwazzjoni kif filfatt verament hi. Ma’ din l-inkjesta pubblika issa hemm marbuta l-karriera politika ta’ Abela. Jekk b’xi mod din l-inkjesta ssir (kemmxejn difficli) u eventealment johrog li Abela kien dan iiz-zmien kollu jipprova jghatti lil xi hadd, jew xi whud, akkost ta’ kollox, il-karriera politika tieghu tispicca hemm!
Daqs kemm il karriera politika ta EFA spiccat meta akkost ta kollox ipprova jghatti lill xi hadd fil kaz ta’ RCC , TAHT IL PONT TA SAN GILJAN GIE STABBELIET LI IL PERSUNA MA KIENX FUQ IL POST U TALLI MA KIENX FUQ IL POST TAH MAHFRA UNIVERSALI TAD DNUBIET KOLLHA TA HAJTU . wara kollox EFA ta kollox ghamila u ta dawk il mahfiet ghamila anke ta Papa , ubaghad jitkelmu fuq inpunita il FARIZEJ TA’ MALTA
Dan l-artiklu ma setax iqaxxar is-sitwazzjoni ahjar milli filfatt hi. F’dan l-istadju, hemm issa marbuta l-karriera politika ta’ Abela.
Abela se jibqa’ jirrezisti bil-qawwa kollha li ssir inkjesta ghax jaf ben sew illi f’kaz li din l-inkjesta ssir u jirrizulta illi Abela kien qieghed jipprova jghatti u jipprotegi lil xi hadd, jew xi whud, akkost ta’ kollox, allura l-karriera politika ta’ Abela tieqaf hesrem hemm!
Kulma qieghed jaghmel Abela issa mhuwiex fl-interess pubbliku, imma biss biex jipprotegi gildu!
Mela jekk huwa dan li qiegħed tgħid int u dan l-artiklu artikolu, l-interess ta’ l-oppożizzjoni mhuwiex biex issir iktar ġustizzja ma Jean Paul Sofia u familtu imma biex tara l-waqa’ ta’ Robert Abela. Macchiavelli kien qal fil-ktieb tiegħu ‘L-Prinċep’ li biex fl-aħħar jintlaħaq l-għan kull mezz jiġi ġustifikat jew li jiġri fl-aħħar jiġġustifika l-mezzi. Prosit eh!
Issa xejn ma jiġġustifika verament li l-PM jippermetti inkjesta pubblika fuq każ wieħed meta kien hemm ħafna każijiet oħra simili. Dan huwa l-iljunfant fil-kamra li donnu kulħadd qiegħed jinjora t’apposta. Għax b’hekk se tgħati dritt ta’ inkjesta pubblika li dawk il-każijiet kollha fatali li saru qabel u oħrajn li għad iridu jseħħu fil-futur. Mela l-ispejjeż ħa jittripplaw għal kull każ, u Alla biss jaf kemm problemi oħra moħbija jafu jinqalgħu. Iva nkunu ftaħna pandora box.
Ma nistax nifhem kif ċertu nies qed jinsistu fuq inkjesta pubblika u ma jsemmu xejn dwar id-dewmien ta’ l-inkjesta maġisterjali. Għaliex?? Jistgħu dawn l-istess nies jilluminawna???
Allura nghid jien inkjesta magisterjali u inkjesta pibblika m`ilhomx decennji in vigore? Qatt ma nhasset il-htiega minn xi persuna legali minn dawk li jippretendu li huma esperti fil-ligi u luminarji biex jiccaraw l-affarijiet. Mela ghal min jittajjar u jinqatel b`daqqa ta` karozza, jittertaq ghal mewt bi spluzjoni waqt xogholu fuq patrol boat, fuq tanker f`tarzna, f`kamra tal-loghob tan-nar, jinqatel f`daru etc min iddecieda x`tip ta` nkjesta kellha ssir? U f`dan il-kaz partikulari x`irid isir? Titwaqqaf l-inkjesta magisterjali u tinbeda dik pubblika? GHALIEX? Isiru zewg inkjesti pari passu? U jekk isir hekk u dak li johrog miz-zewg inkjesti ma jkunx jaqbel x`jigri?