Aktar dwar Ġorġ Abela u l-Partit Laburista
Artiklu minn delegat Laburista
Dak li kiteb Delegat Xiħ Laburista huwa kollu minnu. Imma nesa ftit dettalji li ħa nfakkru dwarhom. U wisq aktar ma qal xejn dwar dak li qed jiġri issa. U Wisq aktar ma qalx x’inhu jiġri issa fil-partit u fil-gvern ta’ Robert Abela. Imma ejja immorru pass pass u nibdew nitkellmu aktar fid-dettall dwar dak li ġara fl-imgħoddi.
Fl-2003, George Abela kellu kollox lest biex ikun mexxej b’Charles Mangion u Michael Falzon bħala viċi. Abela fl-aħħar naqra beżaq mis-sunnara għax ma riedx jiċċansja jitlef ma’ Alfred Sant u ma kienx ħallas it-tessera ukoll. Wara beda jħallasha.
Fl-2008, wara 10 snin assenti mill-partit, ħabbar il-kandidatura tiegħu waqt Xarabank. Dakinhar kien hemm Jason Micallef li qal li l-Laburisti ma kienux insew x’kien għamilhom fl-1998. Abela wara qal li kif jitla’ jneħħi lil Jason Micallef.
Wara li rebaħ, Joseph Muscat ipprova joħroġ lil George Abela għall-Parlament Ewropew. In-Nazzjonalisti kien f’moħħhom li Muscat se jfalli f’dawk l-elezzjonijiet u Abela se jkun hemm biex jeħodlu postu. Għalhekk, Gonzi dendel il-karrotta tal-President.
Mur għidilhom lin-Nazzjonalisti kemm ikkalkulaw ħażin għax dakinhar kienet l-ewwel tkaxkira.
Naqbel mad-Delegat Xiħ li hemm ħafna maniġġi li għadhom iridu jinkitbu f’xi ħin jew ieħor. U jekk wieħed irid prova ta’ dan għandu jirrifletti fuq dan li ġej:
Tajjeb wieħed jinnota li hemm numru ta’ deputati li m’appoġġjawx lil Robert Abela iżda dawn xorta ġew aġevolati, filwaqt li numru ta’ deputati oħrajn, li għalkemm appoġġjaw lil Robert Abela fil-leadership contest, xorta ġew ikkastigati għaliex ma kienux appoġġjaw lill-missieru!
Issa min għandu moħħ biex jifhem ħa jifhem.

Xejn ġdid fejn tidħol il-politika. L-ewwel nirbħu d-dar, imbagħad nirbħu l-għadu. Logħba tat-tronijiet jew kif magħrufha aħjar bl-Ingliż “Game of Thrones”.
Il-Partit Laburista, fis-snin disgħin il-mibki Lino Spiteri ma sarx mexxej tal-Partit. Bniedem b’intelliġenża straordinarja u bniedem umli. Niftakru jdur id-distrettt il-leġislatura sħiħa u mhux qrib l-elezzjoni. Raġel kapaċi. Minn hemm ‘l quddiem il-Partit ġie maħkum minn klikek kontra xulxin li kien għoddohom farrku dak kollu li kien sar f’disgħin sena ta’ storja. Ġorġ Abela kien qrib ħafna ta’ Lino Spiteri tant li kien jikkunsidraw lil xulxin bħala aħwa. Meta bdew it-trikki trakki ma’ Sant wieħed kien jifhem x’se jiġri. Anke min kien wara dak li kien għamel Mintoff.