L-uffiċju tal-Ombudsman ma ngħatax il-kuntratti kollha tal-Isptarijiet.

Minn osservatur politiku

Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed inkunu nafu kemm verament kienet konċessjoni tinten bil-korruzzjoni meta l-Gvern ta’ tliet sptarijiet lill-barranin. Issa anke l-uffiċjali tal-uffiċju tal-Ombudsman qed jgħidu li huma qatt ma rċevew il-verżjonijiet kompluti tal-kuntratti. Dan qed jgħidu il-kummissarju Charles Messina li ddeskriva kemm verament kien diżappuntat li l-uffiċju tiegħu qatt ma ngħata l-kuntratti kompluti biex ikun jista’ janalizzhom sewwa.

Li kien jinteressah il-Kummissarju kien li jagħmel valutazzjoni xierqa u trasparenti dwar jekk l-interessi tal-pazjenti u l-impjegati kienux qed jiġu salvagwardjati. Din is-sitwazzjoni aggravat aktar meta dan l-uffiċċju tant importanti ġie mogħti biss verzjonijiet imnaqqsa biex jagħmlu l-verifiċi tagħhom, dawk l-istess li kienu esebiti fil-parlament li kellhom ħafna paġni suwed minnhom.

Messina jkompli jikkritika li għalkemm bagħat kemm-il rikjesta għal kopji sħaħ tal-kuntratti, dan baqa’ ma sar xejn u xorta baqa’ mingħajrhom. Din is-sitwazzjoni kien ilha għaddejja ħames snin u xorta l-kummissarju tal-Ombudsman baqa’ ma setax jagħmel xogħlu sewwa. Messina jkompli jirreferi għar-rapport tal-2017 fejn dak iż-żmien kienu ntalbu l-kuntratti ħalli setgħu jiġu eżaminati mill-uffiċċju tal-Ombudsman biex seta’ jiġi studjat jekk Vitals/Steward kienux qed jonoraw dak kollu li kien miktub fil-kuntratti.

Din l-informazzjoni li kompliet toħroġ mir-rapport tal-Ombudsman għas-sena 2022 tkompli turi kemm kien hemm skop ħażin li ċertu nformazzjoni tibqa’ mistura. Kieku fl-2017 il-kuntratti kollha li kienu jeżistu ngħataw lill-Ombudsman forsi dik is-saga kollha ta’ ħames snin setgħet kienet evitata u kienu jittieħdu deċiżjonijiet differenti. Kieku dawk il-kuntratti b’ħafna paġni mgħottija kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet relevanti, forsi kienu joħorġu mill-ewwel in-nuqqasijiet li kienu jeżistu fil-kuntratti.

Dawn il-fatti jkomplu jikkonfermaw kemm kienet importanti li Adrian Delia fetaħ il-kawża biex kollox jerġa’ jiġi f’idejn il-Maltin. Kieku ma saritx dik il-kawża, kieku kollox għadu mistur u kollox kien jibqa’ għaddej qisu xejn m’hu xejn. Kellha tkun din il-kawża tant importanti u issa famuża li waqfgħet dak is-serq kollu li kien qed isir. Kixfet id-dettalji kollha li kien fihom il-kuntratti u kixfet ukoll l-intriċċi frawdolenti li kienu qed jintużaw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *