Jason Micallef għandu raġun f’dak li qal li ġara fl-1998 meta twaqqa’ l-gvern ta’ Alfred Sant.
Minn delegat xiħ Laburista
Ilbieraħ Jason Micallef kiteb dak li jemmnu ħafna Laburisti u dan huwa fatt. Dan is-sit ta coverage lill-post ta’ Micallef. In-narrattiva hija li Dom Mintoff waqqa’ l-Gvern Laburista. Iżda tal-inqas Mintoff kien ġenwin f’dak li għamel. Ħaddieħor le.
Kien hemm persuna li marret fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista u vvutat biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali. Iżda wara tkellmet kontra.
L-istess persuna ġabret madwarha grupp ta’ nies biex tara li l-Partit Laburista jibqa’ mifrud.
Imbagħad ippretenda li jingħata l-kariga ta’ Kap mhux ikkontestat fl-2003. Dan ma seħħx għax Alfred Sant ma ħamilx u ddeċida li jerġa’ jikkontesta.
Sadattant in-Nazzjonalisti tawh il-premju ta’ konsulenza legali fil-MEPA li ħadd ma tkaża biha.
Fl-2008 ħareġ għonqu ghall-ewwel darba u ħaseb li se jġibha żewġ. Għamel li seta’ biex jevita li jkun hemm elezzjoni u li ma kienx għal Alfred Sant li nsista ma’ Joseph Muscat li jikkontesta, kienet se tispiċċa tgħaddi tiegħu.
Wara aċċetta l-offerta ta’ sieħbu tal-kors Lawrence Gonzi biex sar President tar-Repubblika.
Ġie riabilitat fil-Partit Laburista flimkien ma’ uliedu li kienu marru jiċċelebraw fuq it-trakkijiet man-Nazzjonalisti.
20 sena wara l-kolp ta’ stat li ma rnexxilux hu, irnexxielu jdeffes lil ibnu u hu qed komdu iġebbed il-ħbula.
Sewwa qal Jason Micallef. Xi darba tinkiteb l-istorja. Aktarx meta l-Partit Laburista jerġa’ jmur fl-oppożizzjoni u kulħadd ikun liberu li jitkellem ċar.
Aktarx ikun Marzu u l-maskri kollha jinkixfu. Għax l-istorja ta’ Ċesari hekk trid.

One thought on “Jason Micallef għandu raġun f’dak li qal li ġara fl-1998 meta twaqqa’ l-gvern ta’ Alfred Sant.”