Issa bil-provi li l-esperti żelqu fin-nixef għax bdejna nisimgħu diskorsi dwar il-bżonn ta’ reviżjoni ta’ din il-liġi tal-abort.

Minn Edwin Vassallo

Tiftakru x’kien kiteb l-eks-Dekan tal-Fakulta’ tal-liġi, Kevin Aquilina, dwar dawn l-emendi li bihom iddaħħal l-abort f’Malta? Kevin Aquilina kien iddeskriviehom bħala ambigwi. Dawn huma emendi ħafna l-bogħod mill-proposta tal-esperti. Għadni ma nistax nifhem għal liema raġuni dawn l-esperti ħarġu jkantaw rebħa jekk mhux għall-egoiżmu intellettwali tagħhom. Illum jafu li spiċċaw kompliċi fi dħul ta’ kundizzjonijiet ristretti, iżda ambigwi ħafna li ser jippermettu l-abort, speċjalment fi kliniċi privati.

Din il-liġi fiha ħafna dubji u nuqqas ta’ ċarezza. Dan maż-żmien ser jagħti lok għall-abort “on demand” imbasta jkun it-tabib li jridhom. Fuq kollox l-argument ser ikun li dak li issa ser jibda’ jsir fi kliniċi privati, għandu jsir bħalu fl-isptarijiet tal-gvern. ‘Il quddiem ser nibdew nisimgħu argumenti dwar anomaliji ta’ proċeduri fejn l-isptar tal-gvern u l-kliniċi privati anki jekk suppost dawn qatt ma kellhom jeżistu għaliex din il-liġi kellha tirregola u ġġib uniformita’ f’dan is-settur.

Fuq kollox, issa qed nitkellmu li nagħmlu proċeduri għat-terminazzjoni tat-tqala meta dan ma huma xejn ħlief abort. Dan kollu qed ngħiduh biex niġġustifika r-raġuni għaliex fil-maġġoranza, dawk kollha li huma kontra l-abort, qed jaqblu ma’ dawn l-emendi. Dawn kollha llum spiċċaw kompliċi u ma għadhomx konservattivi. Kollha għamlu u-turn biex effettivament ddaħħal l-abort. Il-bieb tbexxaq tant li ġa hemm min qed jaħseb kif u meta l-gvern ser ikun jista’ jiftħu aktar.

Dak li jrid jibda’ jingħad li wara li ġiet approvata din l-emenda, ġa għandha professjonisti fil-mediċina li qed joffru s-suġġerimenti tagħhom lill-gvern dwar kif għandu jsir it-tieni pass. U fil-każ xi ħadd għandu xi dubju, ġa bdejna naraw The Times timbotta x’qed jgħidu l-pseudo-esperti tal-Ġnus Magħquda li issa spiċċaw jindaħħlu fuq affarijiet interni tal-pajjiżi membri u jitkellmu fuq materji li ma’ għandhomx x’jaqsmu mar-remit li għalih ġiet ikkreata din l-organizzazzjoni. Dan jissejjaħ kolonjaliżmu ġdid.

2 thoughts on “Issa bil-provi li l-esperti żelqu fin-nixef għax bdejna nisimgħu diskorsi dwar il-bżonn ta’ reviżjoni ta’ din il-liġi tal-abort.

  1. The same women in the above photo said that “Data from the World Health Organization has demonstrated that criminalising termination of pregnancy does not reduce the number of abortions.” This means that the same number of abortions will still occur despite Malta criminalizing abortion for non-life threatening reasons. So what the hell are the two women complaining about if it’s abortion as usual despite the criminalisation? Ref: https://www.nationaltribune.com.au/strong-progress-but-patriarchal-culture-still-holding-women-back-un-experts-say-malta/

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *