Il-Ministru Silvio Schembri qed jgħix fi flat marbut ma’ Josef Dimech: Dimech hu xirk ma’ Saviour Balzan u The Shift ippubblikat storja mnebbħa minn artiklu ta’ dan is-sit.
The Shift tatna aħbar oħra li turi li l-artikli ta’ dan is-sit qegħdin jinqraw. Din l-istorja kienet f’The Shift News u l-protanogist tagħha huwa Josef Dimech. Dan is sit kien staqsa lill-ministru Silvio Schembri dwar il-flat lussuż li qed joqgħod fih ġewwa ta’ Xbiex. Dan il-flat ġie mibni mill-protagonist ta’ din l-istorja, li tatna The Shift News dwar Josef Dimech.
Skont il-liġi Maltija l-Gvern jista’ jagħti art pubblika f’żoni industrijali lill-investituri għal użu biss ta’ manifattura. Is-soltu din l-allokazzjoni tkun marbuta ma’ numru ta’ kondizjonijiet fosthom li l-investitur jgħid kemm ser jimpjega nies fl-intrapriża ġdida tiegħu. Il-liġi tispeċifika li l-art mogħtija tiġi użata biss għal skop ta’ manifattura u għal ebda skop ieħor. L-investitur ma jitħalliex jikri l-art għal użu minn terzi, jiġifieri ma jistax jagħmel negozjar minn din l-art mogħtija lilu.
Imma f’kull ħaġa ma’ dan il-Gvern hemm l-eċċezzjonijiet. Biċċa art pubblika u kbira li kienet maħsuba biss għall-użu ta’ manifattura ġiet allokata lil żviluppatur biex tiġi mibdula fi żvilupp imma l-agħar kienet li biċċiet mdaqqsa minnha setgħu jkunu mikrija lil terzi.
Din il-biċċa business multi-miljunarja saret bejn l-aġenzija għall-art pubblika, l-INDIS, ma’ Josef Dimech ta’ JD Holdings Ltd li huwa magħruf iżjed għax-xogħol ta’ aluminium li jagħmel. Skont il-ftehim milħuq meta l-iżvilupp isir din il-kumpanija ddaħħal kemxa flus mill-kirjiet li għandha l-permess tagħmel, kontra kull prassi. U dan il-business sar fl-2018 imma nżamm mistur tul dawn is-snin kollha.
Is-Shift News, li rrappurtat din l-istorja, qalet li f’dawn l-aħħar snin, INDIS Malta naqqset il-kondizzjonijiet tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-kirjiet lil terzi. Imma din l-għotja ta’ din l-art pubblika lil dan in-negozjant qed tiġi konsidrata li qabżet kull diċenza f’dan it-tip ta’ negozjar.
Is-Shift News irrappurtat ukoll li dan in-negozjant għandu business mal-qaddis tal-qaddisin Saviour Balzan u flimkien ġew allokati fabbrika fiż-żona ndustrijali tal-Mosta li għadha mhux utilizzata sal-lum.
Dak li wieħed għandu jżid li l-ministru risponsabbli llum minn dawn l-artijiet u l-Indis, jiġifieri Silvio Schembri, qed jgħix fuq is-seafront Ta’ Xbiex fi flat li jiswa 1.2m.Tax-Shift News jidhru li jaqraw l-artikli li qed jidhru fuq dan is-sit għaliex jistaqsu mistoqsija lill-Ministru Silvio Schembri dwar dan l-apartment. Mhux ta’ b’xejn li dan il-ministru ma wieġibx.
Asked to state whether he has conducted any property business with Dimech during the last few years, particularly on a seafront apartment in Ta Xbiex, Minister Silvio Schembri, responsible for INDIS Malta refused to reply.
Mela dan il-paragrafu juri li Caroline Muscat qed taqra l-artikli li qed jidhru fuq dan is-sit. Jidher li bidlet l-opinjoni tagħha u issa bdiet taqrahom!
Mhux ta’ b’xejn li Saviour Balzan u l-Malta Today b’ħalqhom magħluq u qatt ma jinvestigaw lil Silvio Schembri dwar dawn l-affarijiet. U dawn il-ġurnalisti jieħdu l-premijiet għall-artikli investigattivi tagħhom! Ara fuq dawn l-istejjer l-anqas ir-Repubblichini qatt ma jgħidu xejn. B’fommhom mitbuq!

One thought on “Il-Ministru Silvio Schembri qed jgħix fi flat marbut ma’ Josef Dimech: Dimech hu xirk ma’ Saviour Balzan u The Shift ippubblikat storja mnebbħa minn artiklu ta’ dan is-sit.”