Tal-biża’ dawn l-esperti li grazzi għalihom ser ikomplu jġibu lill-Maltin f’minoranza f’pajjiżhom stess.

Minn Edwin Vassallo

L-anqas temmen. Il-ġurnalisti ta’ Newsbook u dawk tal-Malta Today qed jaqblu kif qiegħed jirreferu għal din l-emenda li approva l-gvern. It-tnejn qed jirreferu għaliha bħala l-liġi tal-abort u t-tnejn qed jaqblu magħha. Newsbook qed tgħid li din il-liġi tat-terminazzjoni tat-tqala qed tagħmel lill-pajjiżna konformi mal-konvenzjonijiet Ewropea. Skużani ġurnalisti ta’ Newsbook, ix-xogħol tagħkom huwa li taraw li pajjiżna jkun konfermi mal-liġi ta’ Alla u mhux ma dawk li jridu jġibu l-liġi ta’ Alla trietaq u ineżistenti fl-Ewropa!. Imma nsejt li jekk tgħidu hekk, sħabkom tal-Malta Today jgħajrukom konservattivi u Kattoliċi ppatentati. Illum, il-ġurnalisti tal-Knisja jistħu jgħidu li huma Kattoliċi! Ara jien mhux talli ma nistħix, imma kburi li jien kattoliku u ma niddejjaqx nitkellem x’jgħid il-maġisteru tal-Knisja u nipprova ngħixu f’ħajti. Dak li hu tal-biża’ kif il-Knisja f’dan il-pajjiż spiċċat kompliċi f’dawn l-attroċitajiet.

Ovvjament, kif kelli ċans nikteb, biex ma jgħidux li din hija liġi tal-abort, qed jgħidu li din hija liġi tat-terminazzjoni tat-tqala. Jekk mhux ser ngħidu lin-nies il-verita’, jiġifieri li din hija liġi tal-abort, dawk kollha li huma favur il-ħajja mhux ser jifhmu f’liema sitwazzjoni ta’ periklu imminenti qegħdin fih f’dik li hija ġlieda favur il-valur tal-ħajja.

Issa li għaddiet din il-liġi tal-abort u l-President iffirmaha, dawk li huma favur il-ħajja għandhom ir-responsabbilita’ u anki d-dmir biex iħarsu l-ħajja għaliex issa b’din il-liġi, il-valur tal-ħajja huwa aktar vulnerabbli milli kien qabel ma daħlet din il-liġi. Minkejja li kif ġa għidt, din il-liġi tal-abort qed tissejjaħ minn xi esperti bħala l-liġi għat-terminu tat-tqala, issa stennew li dawk li llum qed jidhru bħala restrizzjonjiet dojoq, jistgħu jibdew jitwessgħu fl-interpretazzjoni ta’ din il-liġi.

Illum jew għada rridu naċċettaw li daħlet il-liġi tal-abort bil-barka tal-Knisja f’Malta. Tkun suppervja u egoiżmu intellettwali jekk nibqgħu ngħixu f’gidba. Nifhem li jkun hawn min ma jridx jgħid li din hija liġi tal-abort, għaliex jekk jgħid hekk, ikun qed jammetti li daħaq bin-nies. Fuq kollox, ikun qed jammetti l-kompliċita’ tiegħu biex infetaħ il-bieb għall-abort f’pajjiżna.

Issa dan kollu storja. Issa jeħtieġ inħarsu ‘l quddiem u nkunu realistiċi. Il-liġi tal-abort daħlet b’restrizzjonjiet dojoq iżda issa hija suġġetta għall-interpretazzjonijiet wiesgħin. Issa li ġiet iffirmata, il-gvern ġa beda jwessa’ l-interpretazzjoni ta’ din il-liġi għat-tobba li ser ikunu qed jużaha.

Jekk u meta nifhmu din ir-realta’, nibdew nifhmu x’responsabbilita’ għandna biex inħarsu l-ħajja. Issa jeħtieġ tibda ħidma biex tħares il-ħajja minn dawk li jridu jiġġustifikaw l-abbuż b’din il-liġi. Issa jridu naraw li l-abort ma jsirx il-logika tal-ġenerazzjoni li jmiss.

Meta nara x’inhu għaddej ġewwa Franza, ma tantx naħseb li dan ser ikun il-fatt. Issa jridu naraw li l-abort ma jispiċċax il-mediċina għal-libertinaġġ u l-irresponsibilitijiet sesswali. Ħa ngħidha kif inhi. Din il-liġi mhux ser tkun qed tintuża mill-immigranti li għandha fostna imma mill-Maltin. Issa minn għandu moħħ biex jifhem ħa jifhem. Issa jrridu naraw li darba bexxaqna l-bieb u f’pajjiżna għadna l-liġi tal-abort, ristretta u wiesgħa fl-istess ħin, irridu naraw li demografikament ma nkunux aħna li nkomplu nġibu lill-Maltin f’minoranza f’pajjiżhom.

Din hija r-responsabbilita’ tagħna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *