Joe Borg jinkwetawh l-artikli ta’ Edwin Vassallo fuq dan is-sit. Il-ġurnalisti ta’ The Times ikomplu jikkonfermaw li dan hu abortion bill.
Jidher ċar li Joe Borg qed jinkwetawh l-artikli ta’ Edwin Vassallo li qed jippubblika dan is-sit. Joe Borg hu l-istess qassis li sa ftit ilu kien jgħid li l-artikli li jippubblika dan is-sit ma jaqrahom ħadd. Il-verita’ hi li l-ġurnalisti sħabu ta’ Newsbook huma biċċa waħda ma’ dawk tal-Malta Today u l-mainstream media l-oħra li huma kollha lanżit lejn il-Kattoliċi ġenwieni bħal Edwin Vassallo.
Jgħid x’jgħid Joe Borg, bniedem li ħlief gideb u mibgħeda ma joħroġx mil-ilsien ta’ lifgħa tiegħu, dan is-sit ser jibqa’ jagħti spazju lil Edwin Vassallo biex jibqa’ jikteb. Jekk Joe Borg ħaseb li f’isem sħabu l-atei u l-woke kien ser jirnexxilu jagħmel cancel culture kontra Edwin Vassallo għarralu bl-ikrah. Dan is-sit ser jibqa’ jippubblika ħa jikxef l-ingann ta’ Joe Borg u sħabu.
Jekk xejn nirringrazzja lill-qarrejja ta’ dan is-sit li jaqraw dawn l-artikli bil-qalb u ssegwu dak li jkun ippubblikat fuqu anki jekk mhux dejjem taqblu ma dak li jinkiteb.
Imma dak li jolqtok hu l-arroganza ta’ dan il-qassis. Minflok jattakka l-argumenti li qed iġib Edwin Vassallo, jgħid li Vassallo ma jafx xejn. Veru jipprietka kliem Kristu dan il-qassis biex inkunu umli u ta’ qalb tajba. Il-kelma manswetudni l-anqas jaf xi tfisser.

Imma jekk Joe Borg irid prova li dan kien abortion bill, kif qed jgħid Edwin Vassallo, din tahwielu l-ġurnalisti sħabu ta’ The Times. Dan il-qassis hu tajjeb biss biex jigdeb fuq in-nies u jgħaddi n-nies biż-żmien.
