Matthew Caruana Galizia jgħid li hu leġittimu li l-affarijiet privati ta’ Rosianne Cutajar ikunu ppubblikati imma dawk ta’ missieru le, allavolja ftit jiem wara li nqatlet Daphne, missieru ġa kien qed jidher fil-pubbliku mal-ħabiba.

Wara li jien tajt pubbliċita’ u rrispondejt lil Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li kiteb fuq l-istorja li żvela dan is-sit, jiġifieri li Dr. Peter Caruana Galizia kien qed jaqlibha lil Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia wieġeb lura fuq il-Facebook page tal-istess Pullicino Orlando. Pullicino Orlando kien argumenta li mhux sew li l-affarijiet privati tal-familja Caruana Galizia jkunu ppubblikati bħal ma kienx sew li affarijiet privati ta’ Yorgen Fenech ikunu wkoll pubbliċi.

Dan hu dak li kiteb Matthew Caruana Galizia.

B’mod indirett, affirmazzjoni bħal din turi li Matthew Caruana Galizia huwa wara dawn il-pubblikazzjonijiet ta’ dawn iċ-chats minn Mark Camilleri. Jekk xejn qed jaqbel miegħu li ppubblikahom. Infakkar li dan kien wieħed minn dawk li kiteb lill-Maġistrata Rachel Montebello u qallha li min jippubblika affarijiet li fuqhom hemm divjit tal-qorti, huwa verosimilment, f’alleanza ma’ kriminali! Verament ma jafx jistħi dan il-bniedem barra li hu faċċiol kbir! Issa kulħadd jaf bil-provi min verament huwa f’alleanza ma’ kriminali!

Fuq kollox, min qallu lil Matthew Caruana Galizia li Yorgen Fenech hu l-qattiel ta’ ommu? Din hija n-narrattiva tal-familja Caruana Galizia biex jgħattu għawwarhom. Infakkar li din in-narrativa bdiet b’saħħa wara li l-familja Caruana Galizia ħbiet u kissret evidenza biex ma tkunx inkriminata f’dan id-delitt. U dan sar bl-għajnuna tal-istituzzjonijiet. Jekk huma daqshekk konvinti dwar l-innoċenza tagħhom, għala ma tawx il-computer lill-pulizija? Fuq kollox, fi kliem Matthew Caruana Galizia, iċ-chief investigator huwa l-eroj tiegħu!

Jekk huma daqshekk indaf, għala fil-kompilazzjoni nqatgħet ħesrem bla ma ngħataw id-dritt lill-avukati tad-difiża biex jagħmlu l-kontro-eżami? Jekk huma daqshekk nadif, għala Matthew Caruana Galizia ta verżjonijiet differenti għala ħalla l-karozza barra u ħadd ma investiga għaliex? U fuq kollox, jekk hu daqshekk nadif, għala kisser il-mobile ta’ dak il-persuna li ħa video tal-karozza t’ommu?

Fuq kollox, hawn m’aħniex nitkellmu fuq relazzjoni sesswali li kienet seħħet snin sħaħ qabel id-delitt. Hawn qed nitkellmu fuq adulterju li qed jimxi b’mod parallel ma’ meta faqqsu l-pjanijiet biex tinqatel Daphne Caruana Galiza. Infakkar li l-ewwel pjan kien biex tinqatel Daphne Caruana Galizia sar fl-2015. Dan twaqqa’ u reġa’ ngħata l-ħajja fl-2017. B’kumbinazzjoni, l-emails li għandha f’idejha l-pulizija u li żammithom moħbija u qatt ma ppreżentatahom bħala parti mill-investigazzjoni fil-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil-konfront ta’ Yorgen Fenech imorru għall-2015 u l-2017!

Il-pulizija mhux talli ma tinvestigax dan kollu, talli tat lil Matthew Caruana Galizia u lill-missieru u l-familja d-dritt li jagħżlu l-maġistrati u l-imħallfin. Verament kellha raġun ommu li fl-email li kitbet lill-missieru dak in-nhar stess li nqatlet, qaltlu li l-anqas jaf jistħi. Kellha raġun tikteb li llum hawn ħaxxejja kullimkien u kull fejn tħares!

U fuq kollox, jekk verament missieru huwa vittma, kif qed jallega Matthew Caruana Galizia, għala ftit jiem wara l-qtil tal-mara, ġa kien jidher il-Belt fil-ħwienet tal-cafe’ mal-ħabiba?

Ħalluna kwieti. L-affarijiet li jikkonċernaw lil missieru jridhom moħbija għaliex skont Matthew Caruana Galizia dawn ma għandhomx x’jaqsmu ma’ dan id-delitt. Għaliex illum spiċċajna fl-assurdita’, li din il-familja mhux biss tagħżel il-ġudikanti li jagħmlu l-investigazzjonijiet imma wkoll tiddeċidi dak li hu relevanti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u dak li ma hux. Imma meta l-affarijiet ikunu jikkonċernaw lil Rosianne Cutajar dawn kollha għandhom ikunu pubbliċi anki jekk mhux relatati mad-delitt. Imma tagħhom le. Finalment Rosianne Cutajar qatt ma kienet parti mill-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Isimha qatt ma ssemma’. Rosianne Cutajar hija vittma oħra ta’ din il-familja.

Jekk xejn, Rosianne Cutajar kienet vittma tal-kitba kattiva li Daphne Caruana Galizia kienet tikteb fuqha. Nesa Matthew Caruana Galizia kemm ommu, Daphne Caruana Galizia, kienet tikteb b’mod kattiv fuq Rosianne Cutajar. Kienet għajritha qaħba, twildet bi żball u ommha qatt ma riditha.

Għax ma jgħidx Matthew Caruana Galizia li t-truppa tiegħu komplew fuq din il-kitba kattiva ta’ ommu biex jeqirdu lil Rosianne Cutajar politikament u rnexxielhom! B’ringrazzjament, il-Prim Ministru Robert Abela issa jrid li l-proġett ta’ fuq Kemmuna iseħħ b’saħħa kbira għaliex wara dan il-proġett hemm businessman kbir li qed jagħlef lil sħab Matthew Caruana Galizia fin-narrativa tagħhom! Ara fuq il-proġett li ser jirrovina lil Kemmuna, Matthew Caruana Galizia b’ħalqu magħluq.

Dak li hu tal-mistħija kif dan il-gvern ħalla lil din il-familja tagħmel li trid u ġabet proċess ġuridiku trietaq. Verament kif qalet Daphne Caruana Galizia, ma jafux jistħu!

2 thoughts on “Matthew Caruana Galizia jgħid li hu leġittimu li l-affarijiet privati ta’ Rosianne Cutajar ikunu ppubblikati imma dawk ta’ missieru le, allavolja ftit jiem wara li nqatlet Daphne, missieru ġa kien qed jidher fil-pubbliku mal-ħabiba.

  1. Ghadnu l-wicc jghid li haddiehor “ahdar”.

    Laqqas temminhom dawn l affarijiet. L-ipokrezija f’dal-pajjiz waslet mghola s-sema.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *